This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0904
2014/904/EU: Commission Implementing Decision of 11 December 2014 determining quantitative limits and allocating quotas for substances controlled under Regulation (EC) No 1005/2009 of the European Parliament and of the Council on substances that deplete the ozone layer, for the period 1 January to 31 December 2015 (notified under document C(2014) 9322)
2014/904/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Diċembru 2014 li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill- 1 ta' Jannar sal- 31 ta' Diċembru 2015 (notifikata bid-dokument C(2014) 9322)
2014/904/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Diċembru 2014 li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill- 1 ta' Jannar sal- 31 ta' Diċembru 2015 (notifikata bid-dokument C(2014) 9322)
ĠU L 358, 13.12.2014, p. 36–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015
13.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 358/36 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta' Diċembru 2014
li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015
(notifikata bid-dokument C(2014) 9322)
(It-testi bil-Kroat, biċ-Ċek, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
(2014/904/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 16(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta' sustanzi kkontrollati importati huwa soġġett għal limiti kwantitattivi. |
(2) |
Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina dawk il-limiti u talloka l-kwoti lill-impriżi. |
(3) |
Minbarra dan, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantititajiet ta' sustanzi kkontrollati minbarra l-idroklorofluworokarburi li jistgħu jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorji u użi analitiċi, u l-kumpaniji li jistgħu jużawhom. |
(4) |
Id-determinazzjoni tal-kwoti allokati għal użi essenzjali analitiċi u tal-laboratorju għandha tiżgura li l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 jiġu osservati, permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 (2). Peress li dawk il-limiti kwantitattivi jinkludu kwantitajiet ta' idroklorofluworokarburi li huma liċenzjati għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi, il-produzzjoni u l-importazzjoni tal-idroklorofluworokarburi għal dawk l-użi għandhom jiġu wkoll koperti minn dik l-allokazzjoni. |
(5) |
Il-Kummissjoni ppubblikat avviż għall-impriżi li biħsiebhom jimpurtaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2015, u għall-impriżi li biħsiebhom jitolbu kwota għall-2015 għal dawn is-sustanzi maħsuba għal użi fil-laboratorju u użi analitiċi (3), u konsegwentement irċeviet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet maħsuba biex jsiru fl-2015. |
(6) |
Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti għandhom jiġu ddeterminati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015, skont iċ-ċiklu tar-rappurtar annwali fil-kuntest tal-Protokoll ta' Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Limiti kwantitattivi għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera
Il-kwantitajiet ta' sustanzi kkontrollati soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2015 minn sorsi barra l-Unjoni huma dawn li ġejjin:
Sustanzi kkontrollati |
Kwantità (f'kilogrammi ta' potenzjal ta' tnaqqis tal-ożonu (ODP)) |
Grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u grupp II (klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn) |
4 353 700,00 |
Grupp III (aloni) |
30 617 910,00 |
Grupp IV (tetraklorur tal-karbonju) |
22 605 220,00 |
Grupp V (1,1,1-trikloroetan) |
1 700 001,50 |
Grupp VI (bromur tal-metil) |
810 120,00 |
Grupp VII (idrobromofluworokarburi) |
2 135,00 |
Grupp VIII (idroklorofluworokarburi) |
6 589 725,80 |
Grupp IX (bromoklorometan) |
318 012,00 |
Artikolu 2
Allokazzjoni tal-kwoti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera
1. Il-kwoti għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għall-klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.
2. L-allokazzjoni ta' kwoti għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 hija għall-finijiet u lill-impriżi indikati fl-Anness II.
3. L-allokazzjoni tal-kwoti għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 hija għall-finijiet u lill-impriżi indikati fl-Anness III.
4. Il-kwoti għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.
5. Il-kwoti għall-bromur tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.
6. I-kwoti għall-idrobromofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma allokati għall-finijiet u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.
7. Il-kwoti għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma allokati għall-finijiet u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.
8. Il-kwoti għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.
9. Il-kwoti individwali għall-impriżi huma kif stipulati fl-Anness IX.
Artikolu 3
Kwoti għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi
Il-kwoti għall-importazzjoni u l-produzzjoni ta' sustanzi kkontrollati għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi fis-sena 2015 huma allokati lill-impriżi elenkati fl-Anness X.
Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2015 għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi allokati lil dawn l-impriżi huma stipulati fl-Anness XI.
Artikolu 4
Perjodu ta' validità
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2015 u tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil dawn l-impriżi:
1 |
|
2 |
|
|||||||||
3 |
|
4 |
|
|||||||||
5 |
|
6 |
|
|||||||||
7 |
|
8 |
|
|||||||||
9 |
|
10 |
|
|||||||||
11 |
|
12 |
|
|||||||||
13 |
|
14 |
|
|||||||||
15 |
|
16 |
|
|||||||||
17 |
|
18 |
|
|||||||||
19 |
|
20 |
|
|||||||||
21 |
|
22 |
|
|||||||||
23 |
|
24 |
|
|||||||||
25 |
|
26 |
|
|||||||||
27 |
|
28 |
|
|||||||||
29 |
|
30 |
|
|||||||||
31 |
|
32 |
|
|||||||||
33 |
|
34 |
|
|||||||||
35 |
|
36 |
|
|||||||||
37 |
|
38 |
|
|||||||||
39 |
|
40 |
|
|||||||||
41 |
|
42 |
|
|||||||||
43 |
|
44 |
|
|||||||||
45 |
|
46 |
|
|||||||||
47 |
|
48 |
|
|||||||||
49 |
|
50 |
|
|||||||||
51 |
|
52 |
|
|||||||||
53 |
|
54 |
|
|||||||||
55 |
|
56 |
|
|||||||||
57 |
|
58 |
|
|||||||||
59 |
|
60 |
|
|||||||||
61 |
|
|
|
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Miguel ARIAS CAÑETE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta' Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta' sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4).
ANNESS I
GRUPPI I u II
Il-kwoti ta' importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għal klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn allokati lill-importaturi b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi bħala aġenti tal-ipproċessar matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.
Kumpanija ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. KG (DE) Honeywell Fluorine Products Europe BV (NL) Mexichem UK Limited (UK) Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT) Syngenta Limited (UK) Tazzetti SAU (ES) Tazzetti SpA (IT) TEGA Technische Gase und Gastechnik GmbH (DE) |
ANNESS II
GRUPP III
Il-kwoti tal-importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi kritiċi matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.
Kumpanija ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. KG (DE) Arkema France (FR) Ateliers Bigata (FR) BASF Agri Production SAS (FR) ERAS Labo (FR) Esto Cheb (CZ) Eusebi Impianti Srl (IT) Eusebi Service Srl (IT) Fire Fighting Enterprises Ltd (UK) Gielle di Luigi Galantucci (IT) Halon & Refrigerant Services Ltd (UK) Hugen Reprocessing Company Dutch Halonbank bv (NL) Meridian Technical Services Limited (UK) P.U. POZ-PLISZKA Sp. z o.o. (PL) Safety Hi-Tech srl (IT) Savi Technologie Sp. z o.o. (PL) Simat Prom d.o.o. (HR) |
ANNESS III
GRUPP IV
Il-kwoti ta' importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi bħala aġent tal-ipproċessar għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.
Kumpanija Arkema France (FR) Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH (DE) Mexichem UK Limited (UK) |
ANNESS IV
GRUPP V
Il-kwoti tal-importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.
Kumpanija Arkema France (FR) Fujifilm Electronic Materials Europe NV (BE) |
ANNESS V
GRUPP VI
Il-kwoti ta' importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.
Kumpanija Albemarle Europe SPRL (BE) ICL-IP Europe B.V. (NL) Mebrom NV (BE) Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE) |
ANNESS VI
GRUPP VII
Il-kwoti ta' importazzjoni għall-idrobromofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.
Kumpanija ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. KG (DE) Albany Molecular Research (UK) Ltd (UK) Hovione FarmaCiencia SA (PT) R.P. Chem s.r.l. (IT) Sterling Chemical Malta Limited (MT) Sterling SpA (IT) |
ANNESS VII
GRUPP VIII
Il-kwoti ta' importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati lill-importaturi b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.
Kumpanija ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. KG (DE) Aesica Queenborough Ltd. (UK) AGC Chemicals Europe, Ltd. (UK) Arkema France (FR) Arkema Quimica S.A. (ES) Bayer CropScience AG (DE) DuPont de Nemours (Nederland) bv (NL) Dyneon GmbH (DE) Fenix Fluor Limited (UK) GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH (DE) Honeywell Fluorine Products Europe BV (NL) Mexichem UK Limited (UK) Solvay Fluor GmbH (DE) Solvay Specialty Polymers France SAS (FR) Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT) Tazzetti SAU (ES) Tazzetti SpA (IT) |
ANNESS VIII
GRUPP IX
Il-kwoti ta' importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.
Kumpanija Albemarle Europe SPRL (BE) ICL-IP Europe B.V. (NL) Laboratorios Miret S.A. (ES) Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE) Thomas Swan & Co Ltd (UK) |
ANNESS IX
(Tagħrif kummerċjalment sensittiv — kunfidenzjali — ma jistax jiġi ppubblikat)
ANNESS X
IMPRIŻI INTITOLATI LI JIPPRODUĊU JEW JIMPORTAW GĦAL UŻI FIL-LABORATORJI U GĦAL UŻI ANALITIĊI FL-2015
Il-kwoti tas-sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw għal użi fil-laboratorji u għal użi analitiċi huma allokati lil:
Kumpanija ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. KG (DE) Airbus Operations SAS (FR) Arkema France (FR) Biovit d.o.o. (HR) Diverchim S.A. (FR) Gedeon Richter Plc. (HU) Honeywell Fluorine Products Europe BV (NL) Honeywell Specialty Chemicals Seelze GmbH (DE) Hudson Technologies Europe S.r.l. (IT) LGC Standards GmbH (DE) Ludwig-Maximilians-University (DE) Merck KGaA (DE) Mexichem UK Limited (UK) Ministeru tad-Difiża — Laboratorju Kimiku — Den Helder (NL) Panreac Quimica S.L.U. Pol. (ES) Safety Hi-Tech srl (IT) Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE) Sigma Aldrich Chimie SARL (FR) Sigma Aldrich Company Ltd (UK) Solvay Fluor GmbH (DE) SPEX CertiPrep LTD (UK) Sterling Chemical Malta Limited (MT) Sterling SpA (IT) Tazzetti SpA (IT) |
ANNESS XI
(Tagħrif kummerċjalment sensittiv — kunfidenzjali — ma jistax jiġi ppubblikat)