EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0898

2014/898/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà BiH/22/2014 tal- 4 ta' Diċembru 2014 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni BiH/19/2012

ĠU L 358, 13.12.2014, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/03/2016; Imħassar b' 32016D0332

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/898/oj

13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 358/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ BiH/22/2014

tal-4 ta' Diċembru 2014

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni BiH/19/2012

(2014/898/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja-Ħerzegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet ulterjuri dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(2)

Fis-27 ta' Novembru 2012, il-KPS adotta d-Deċiżjoni BiĦ/19/2012 (2) li taħtar il-Ġeneral Maġġur Dieter HEIDECKER bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja-Ħerzegovina.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Ġeneral Maġġur Johann LUIF bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja-Ħerzegovina biex jieħu post il-Ġeneral Maġġur Dieter HEIDECKER.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni BiH/19/2012 għandha titħassar.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża.

(7)

Fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen adotta Dikjarazzjoni li tgħid li l-arranġamenti “Berlin plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li huma wkoll jew membri tan-NATO jew Partijiet għas-“Sħubija għall-Paċi”, u li konsegwentement ikkonkludew ftehimiet bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Maġġur Ġeneral Johann LUIF huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja-Ħerzegovina mill-15 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni BiH/19/2012 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Diċembru 2014.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà BiH/19/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Operazzjoni Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina (ĠU L 333, 5.12.2012, p. 45).


Top