This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0879
2014/879/EU: Decision of the European Parliament and of the Council of 26 November 2014 on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund, in accordance with point 13 of the Interinstitutional Agreement of 2 December 2013 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline, on cooperation in budgetary matters and on sound financial management (application EGF/2014/009 EL/Sprider Stores, from Greece)
2014/879/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Novembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat- 2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni FEG/2014/009 EL/Sprider Stores, mill-Greċja)
2014/879/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Novembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat- 2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni FEG/2014/009 EL/Sprider Stores, mill-Greċja)
ĠU L 350, 6.12.2014, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 350/13 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta' Novembru 2014
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni FEG/2014/009 EL/Sprider Stores, mill-Greċja)
(2014/879/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ lil ħaddiema li jingħataw is-sensja u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet minħabba bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, minħabba l-issoktar tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jew minħabba kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida u biex jassistihom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
(2) |
Il-FEG m'għandux jaqbeż ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (fi prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013. |
(3) |
Fis-6 ta' Ġunju 2014 il-Greċja ssottomettiet l-applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji fi Sprider Stores S.A. fil-Greċja, u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali kif previst fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti biex tiġi determinata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1309/2013. |
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, il-Greċja ddeċidiet li tipprovdi servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil żgħażagħ li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) ukoll. |
(5) |
Għalhekk, il-FEG għandu jiġi mobilizzat sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 7 290 900 għall-applikazzjoni sottomessa mill-Greċja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 7 290 900 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta' Novembru 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26.