Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0847

    2014/847/UE, Euratom: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE li tawtorizza lil Franza biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2014) 8928)

    ĠU L 343, 28.11.2014, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/11/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/847/oj

    28.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 343/39


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-26 ta' Novembru 2014

    li temenda d-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE li tawtorizza lil Franza biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

    (notifikata bid-dokument C(2014) 8928)

    (It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

    (2014/847/UE, Euratom)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari it-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), Franza tista' tkompli teżenta t-transazzjonijiet imsemmija fl-Anness X, il-Parti B ta' dik id-Direttiva, jekk hija kienet qed tagħti eżenzjoni lil dawk it-tranżazzjonijiet fl-1 ta' Jannar 1978; dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT.

    (2)

    Fir-risposta tagħha tat-30 ta' April 2014 għall-ittra tas-26 ta' Frar 2014 tal-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni ta' spezzjonijiet tar-riżorsi proprji tal-VAT (3), Franza talbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tuża perċentwali fissi tal-bażi intermedja għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti 2 u 10 tal-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE għas-snin finanzjarji 2014 sa 2020. Franza wriet li l-persentaġġ storiku baqa' stabbli maż-żmien. Franza għandha għalhekk tingħata awtorizzazzjoni biex tikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi tuża perċentwali fissi skont l-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni.

    (3)

    Għall-finijiet ta' trasparenza u ċertezza ġuridika, hu xieraq li jkun hemm limitu ta' żmien għall-applikabilità tal-awtorizzazzjoni.

    (4)

    Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/176/Euratom KEE (4) skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fid-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE jiddaħħlu l-Artikoli 2a u 2b li ġejjin:

    “Artikolu 2a

    Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(2) ta' din id-Deċiżjoni, għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, Franza hija awtorizzata li tuża 0,004 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness X, il-Parti B, (professjonijiet liberi) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (*).

    Artikolu 2b

    Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(4) ta' din id-Deċiżjoni, għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, Franza hija awtorizzata li tuża 0.11 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Anness X, il-Parti B, (trasport tal-passiġġieri) tad-Direttiva 2006/112/KE.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Kristalina GEORGIEVA

    Viċi President


    (1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

    (2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

    (3)  Ares(2014)507744.

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/176/Euratom, KEE tat-23 ta' Marzu 1990 li tawtorizza lil Franza biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (ĠU L 99, 19.4.1990, p. 22).


    Top