Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0824

    2014/824/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2014 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

    ĠU L 334, 21.11.2014, p. 94–94 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/824/oj

    21.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 334/94


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-23 ta' Ottubru 2014

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

    (2014/824/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (1),

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali kkonsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013)570 — C7-0275/2013) (2),

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom (4), ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-3 ta' April 2014 (5) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta' ma' dik id-deċiżjoni,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (8),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0010/2014),

    1.

    Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2012;

    2.

    Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Martin SCHULZ

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU L 56, 29.2.2012.

    (2)  ĠU C 334, 15.11.2013, p. 1.

    (3)  ĠU C 331, 14.11.2013, p. 1.

    (4)  ĠU C 334, 15.11.2013, p. 122.

    (5)  ĠU L 266, 5.9.2014, p. 24.

    (6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (7)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (8)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


    Top