This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0823
2014/823/EU: Decision of the European Parliament of 23 October 2014 on the closure of the accounts of the Office of the Body of European Regulators for Electronic Communications for the financial year 2012
2014/823/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012
2014/823/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012
ĠU L 334, 21.11.2014, p. 93–93
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/93 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta' Ottubru 2014
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012
(2014/823/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 — C7-0054/2014), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014 (2) li tipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, u r-riżoluzzjoni ta' akkumpanjament, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li tirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (5), u b' mod partikolari tal-Artikolu 13 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u b' mod partikolari Artikolu 108 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0011/2014), |
1. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 365, 13.12.2013, p. 9.
(2) ĠU L 266, 5.9.2014, p. 353.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.