Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0822

    2014/822/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2014 dwar kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012

    ĠU L 334, 21.11.2014, p. 88–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/822/oj

    21.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 334/88


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-23 ta' Ottubru 2014

    dwar kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012

    (2014/822/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (1),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 — C7-0054/2014),

    wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014 (2) li tipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, u r-riżoluzzjoni ta' akkumpanjament,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li tirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (5), u b' mod partikolari tal-Artikolu 13 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6),

    wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u b' mod partikolari Artikolu 108 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0011/2014).

    1.

    Jagħti kwittanza lill-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2012;

    2.

    Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Martin SCHULZ

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 365, 13.12.2013, p. 9.

    (2)  ĠU L 266, 5.9.2014, p. 353.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (5)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

    (6)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

    (7)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


    Top