This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0814
2014/814/EU: Decision of the European Parliament and of the Council of 22 October 2014 on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund, in accordance with point 13 of the Interinstitutional Agreement of 2 December 2013 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline, on cooperation in budgetary matters and on sound financial management (application EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel construction from the Netherlands)
2014/814/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat- 2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel construction mill-Pajjiżi l-Baxxi)
2014/814/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat- 2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel construction mill-Pajjiżi l-Baxxi)
ĠU L 333, 20.11.2014, pp. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
20.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/15 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Ottubru 2014
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel construction mill-Pajjiżi l-Baxxi)
(2014/814/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet b'konsegwenza ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni u biex jiġu megħjuna fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013. |
|
(3) |
Il-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw applikazzjoni biex jimmobilizzaw il-FEG, fir-rigward ta' sensji f'89 impriża li joperaw fin-NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 41 (Kostruzzjoni ta' bini) (4) fir-reġjuni kontigwi ta' Gelderland u Overijssel fil-livell NUTS 2, fl-20 ta' Frar 2014 u kkomplementawha b'informazzjoni addizzjonali kif previst fl-Artikolu 8.3 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. |
|
(4) |
Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex jagħti kontribuzzjoni finanzjarja f'ammont ta' EUR 1 625 781 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Pajjiżi l-Baxxi, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huwa mobilizzat biex jagġti s-somma ta' EUR 1 625 781 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta' Ottubru 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
B. DELLA VEDOVA
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).