Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0789

    2014/789/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta' Novembru 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, dwar il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 329, 14.11.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/789/oj

    Related international agreement

    14.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 329/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-10 ta' Novembru 2014

    dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, dwar il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    (2014/789/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100(2), 167(3) u 207, flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/257/UE (1), il-Protokoll Addizjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll Addizzjonali”) ġie iffirmat u ġie applikat proviżorjament mill-1 ta' Lulju 2013, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

    (2)

    Il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha (2).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jipproċedu, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, li jagħtu n-notifika prevista fl-Artikolu 9 tal-Protokoll Addizzjonali rigward it-tlestija tal-proċeduri interni għad-dħul fis-seħħ.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MARTINA


    (1)  ĠU L 140, 14.5.2014, p. 1.

    (2)  It-test tal-Protokoll Addizzjonali se jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.


    Top