This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0784
2014/784/EU: Council Decision of 7 November 2014 on the position to be adopted, on behalf of the European Union, within the EEA Joint Committee concerning an amendment to Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms (Budget Lines 02.03.01 and 12.02.01)
2014/784/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta' Novembru 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (il-Linji Baġitarji 02.03.01 u 12.02.01)
2014/784/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta' Novembru 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (il-Linji Baġitarji 02.03.01 u 12.02.01)
ĠU L 328, 13.11.2014, p. 41–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta' Novembru 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (il-Linji Baġitarji 02.03.01 u 12.02.01)
(2014/784/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti rigward il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. |
(4) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim ŻEE tkompli fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-“Operat u l-iżvilupp tas-suq intern, partikolarment fl-oqsma tan-notifikazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali” u l-“implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern”. |
(5) |
Huwa xieraq, li skont l-Artikolu 1(8) tal-Protokoll 32 tal-Ftehim ŻEE, li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet tkompli wara l-31 ta' Diċembru 2013, irrispettivament minn metatiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE annessa ma' din id-Deċiżjoni jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jekk ikun hemm, jiġix innotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
(6) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fl-attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE annessa ma' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni sakemm id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tidħol fis-seħħ qabel ma tintemm l-azzjoni konċernata. |
(7) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li l-estensjoni ta' din il-kooperazzjoni tkompli anke wara l-31 ta' Diċembru 2013. |
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta fil-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet, tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014
ta'
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern. |
(2) |
Huwa xieraq li din il-kooperazzjoni tkompli wara l-31 ta' Diċembru 2013, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tkun adottata jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jekk ikun hemm, jiġix innotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
(3) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fl-attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE, sakemm din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel ma tintemm l-azzjoni konċernata. |
(4) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja wara l-31 ta' Diċembru 2013, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 8: “9. L-Istati tal-EFTA, mill-1 ta' Jannar 2014, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-linji baġitarji li ġejjin, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014:
L-ispejjeż imġarrba għal attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu eliġibbli mill-bidu tal-azzjoni taħt il-ftehim tal-għotja jew id-deċiżjoni tal-għotja konċernati, dment li d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/2014 ta' … tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-azzjoni.” |
2. |
Il-kliem “paragrafi 5, 6, 7 u 8” fil-paragrafi 3 u 4 huma ssostitwiti bil-kliem “paragrafi 5 sa 9”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(*) [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]