This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0763
2014/763/EU: Commission Decision of 24 October 2014 establishing the ecological criteria for the award of the EU Ecolabel for absorbent hygiene products (notified under document C(2014) 7735) Text with EEA relevance
2014/763/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 24 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene (notifikata bid-dokument C(2014) 7735) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
2014/763/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 24 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene (notifikata bid-dokument C(2014) 7735) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 320, 6.11.2014, pp. 46–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2023; Imħassar b' 32023D1809
|
6.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 320/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta' Ottubru 2014
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene
(notifikata bid-dokument C(2014) 7735)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/763/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas matul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta' prodotti. |
|
(3) |
Il-kriterji u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati magħhom għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta' innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti. |
|
(4) |
Billi l-konsum tal-materjali jista' jgħin sew fl-impatti ambjentali ġenerali tal-prodotti assorbenti tal-iġjene, jixraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għal dan il-grupp ta' prodotti. B'mod partikolari, il-kriterji għandhom jippromwovu l-ksib sostenibbli tal-materjali, l-użu limitat ta' sustanzi perikolużi u prodotti ta' kwalità għolja u ta' prestazzjoni għolja li jkunu adegwati għall-użu u ddisinjati b'tali mod li jnaqqsu kemm jista' jkun il-produzzjoni tal-iskart. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-grupp ta' prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” għandu jinkludi ħrieqi tat-trabi, assorbenti iġjeniċi tan-nisa, tampuni u assorbenti tat-treddigħ (magħrufa wkoll bħala assorbenti tas-sider), li jintremew wara li jintużaw, u magħmulin minn taħlita ta' fibri naturali u polimeri, b'kontenut tal-fibra inqas minn 90 % bil-piż (ħlief għat-tampuni).
2. Il-grupp ta' prodotti ma għandux jinkludi prodotti ta' inkontinenza u xi tip ieħor ta' prodotti li jkun fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (2).
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
|
(1) |
“polpa taċ-ċelluloża” tfisser materjal fibruż primarjament taċ-ċelluloża li jinkiseb mit-trattament ta' materjali linjoċellulożiċi b'soluzzjoni milwiema waħda jew aktar ta' sustanzi kimiċi għall-ippolpar u/jew l-ibbliċjar; |
|
(2) |
“brillatur ottiku” u “aġent bjankatur fluworexxenti” jfissru kull addittiv użat biss sabiex “jitbajjad” jew “jiddawwal” il-materjal; |
|
(3) |
“materjali tal-plastik”, li jissejħu wkoll “plastik”, tfisser polimeri sintetiċi li jaf ikollhom addittivi jew sustanzi oħra miżjuda magħhom u li jistgħu jingħataw forma u jintużaw bħala l-komponent strutturali ewlieni f'materjali u oġġetti finali; |
|
(4) |
“polimeri sintetiċi” tfisser sustanzi makromolekulari, minbarra l-polpa taċ-ċelluloża, miksuba apposta bi proċess ta' polimerizzazzjoni jew permezz ta' modifika kimika tal-makromolekuli naturali jew sintetiċi jew permezz tal-fermentazzjoni tal-mikrobi; |
|
(5) |
“polimeri super-assorbenti” tfisser polimeri sintetiċi ddisinjati biex jassorbu u jżommu ammont kbir ta' likwidu meta mqabbla mal-massa tagħhom stess. |
Artikolu 3
Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, dan għandu jkun jifforma parti mill-grupp ta' prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” kif jiddefinixxi l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati li jistabbilixxi l-Anness.
Artikolu 4
Il-kriterji għall-grupp ta' prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom jibqgħu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” għandu jkun “047”.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
ANNESS
IR-REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI U TAL-VERIFIKA
Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f'kull kriterju.
Kull meta l-applikant ikun jeħtieġlu jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mingħand l-applikant jew mingħand il-fornitur tiegħu jew mingħand it-tnejn li huma.
Meta jiġu biex jirrikonoxxu t-testijiet, il-korpi kompetenti għandhom jagħtu preferenza lil testijiet akkreditati skont l-istandard ISO 17025 u l-verifiki li jagħmlu l-korpi akkreditati skont l-istandard EN 45011 jew standard internazzjonali ekwivalenti.
Meta jixraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar oħra minbarra dawk indikati għal kull kriterju, dejjem jekk il-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Meta jixraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' sostenn u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti.
Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa kull rekwiżit legali rispettiv tal-pajjiż(i) fejn il-prodott ikun maħsub li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.
IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti assorbenti tal-iġjene:
|
1. |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
2. |
Polpa fluff |
|
3. |
Fibri taċ-ċellulożi magħmula mill-bniedem (inklużi l-visk, il-modal, il-lijoċell, il-kupru, u t-triaċetat) |
|
4. |
Il-qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żrieragħ |
|
5. |
Materjali tal-plastik u polimeri super-assorbenti |
|
6. |
Materjali u komponenti oħrajn |
|
7. |
Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati |
|
8. |
L-effiċjenza tal-materjali fil-manifattura |
|
9. |
Gwida dwar ir-rimi tal-prodotti |
|
10. |
L-adegwatezza għall-użu u l-kwalità tal-prodott |
|
11. |
Aspetti soċjali |
|
12. |
Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE |
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jixhdu l-prodotti bl-aqwa prestazzjoni ambjentali fis-suq tal-prodotti assorbenti tal-iġjene.
Kriterju 1. Deskrizzjoni tal-prodott
Għandha tingħata deskrizzjoni tal-prodott u tal-ippakkjar (isem il-prodott, il-klassifikazzjoni, il-funzjonalitajiet) u informazzjoni dwar dawn il-karatteristiċi kollha:
|
— |
il-piż totali tal-prodott u tal-ippakkjar, |
|
— |
il-komponenti, il-materjali u l-addittivi użati fil-prodott bil-piżijiet rispettivi tagħhom u, meta applikabbli, in-numri tal-CAS rispettivi tagħhom. |
Fuq l-ippakkjar għandha tingħata wkoll informazzjoni dwar il-piż tal-prodott.
L-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-prodott u rapport li jkun fih deskrizzjoni teknika u l-piż tal-prodott u ta' kull komponent, materjal u addittiv użat fih.
Kriterju 2. Polpa fluff
2.1 Il-ksib
Kull fibra tal-polpa għandha tkun koperta b'ċertifikati validi tal-katina tal-kustodja maħruġin minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.
Għallinqas 25 % tal-fibri tal-polpa għandhom ikunu koperti b'ċertifikati validi tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija maħruġin minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.
Il-bqija tal-fibri tal-polpa għandhom ikunu koperti b'sistema ta' verifika li tiżgura li dawn ikunu ġejjin minn sorsi legali u jkunu jissodisfaw kull rekwiżit ieħor tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni fejn jidħol il-materjal mhux iċċertifikat.
Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-foresti u/jew iċ-ċertifikati tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu akkreditati/irrikonoxxuti minn dik l-iskema taċ-ċertifikazzjoni.
Mingħand il-manifattur(i) tal-polpa, l-applikant għandu jikseb ċertifikati tal-katina tal-kustodja validi u ċċertifikati indipendentement, li jkunu juru li l-fibri tal-injam tkabbru skont il-prinċipji tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija u/jew li dawn ġejjin minn sorsi legali u kkontrollati. L-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala ċertifikazzjoni aċċettabbli ta' parti terza indipendenti.
2.2 L-ibbliċjar
Il-polpa użata fil-prodott m'għandhiex tkun ibbliċjata permezz tal-gass tal-kloru. B'kollox, l-ammont ta' emissjonijiet tal-aloġeni organiċi assorbibbli (AOX) mill-manifattura tal-polpa m'għandux jaqbeż iż-0.170 kg/ADT.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tal-polpa li ma ntużax gass tal-klorin u rapport tat-test li juri l-konformità mal-valur ta' limitu tal-AOX. L-ISO 9562 jew l-EPA 1650C ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala metodi aċċettabbli ta' ttestjar, u għandu jkollhom magħhom kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma' dan ir-rekwiżit flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta' sostenn.
Id-dokumentazzjoni ta' sostenn għandu jkun fiha indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl. L-AOX għandhom jitkejlu biss fi proċessi fejn jintużaw il-komposti tal-kloru għall-ibbliċjar tal-polpa.
Il-kejl għandu jsir fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta' trattament pubbliku.
Il-perjodu tal-kejl għandu jkun ta' 12-il xahar ta' produzzjoni. Il-kejl għandu jsir kull xahar minn kampjuni komposti rappreżentattivi (komposti ta' 24 siegħa).
F'impjant ġdid jew mibni mill-ġdid jew meta jinbidel il-proċess fl-impjant tal-produzzjoni, il-kejl għandu jsir kull ġimgħa għal tmien (8) ġimgħat konsekuttivi wara li l-impjant jibda jitħaddem b'mod stabbli. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.
2.3 Brillaturi ottiċi u koloranti
Il-brillaturi ottiċi u l-koloranti, inklużi l-aġenti bjankaturi fluworexxenti, m'għandhomx jiżdiedu mal-popla bi ħsieb.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li turi li r-rekwiżiti ġew issodisfati.
2.4 Emissjoni ta' COD u fosfru (P) fl-ilma u ta' komposti tal-kubrit (S) u ossidi tan-nitroġenu (NOx) fl-arja mill-produzzjoni
L-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma mill-produzzjoni tal-polpa għandhom jingħataw f'termini tal-punti (PCOD, PP, PS u PNOx). Il-punti huma kkalkulati billi l-emissjoni attwali tiġi diviża bil-valuri ta' referenza msemmija fit-Tabella 1.
|
— |
L-ebda punt individwali mill-punti PCOD, PP, PS u PNOx, m'għandu jaqbeż il-1,5. |
|
— |
L-għadd totali tal-punti (Ptotal = PCOD + PP + PS + PNOx) m'għandux jaqbeż l-4,0. |
Għal kull polpa “i” miksuba, l-emissjonijiet relatati mkejla (mogħtija f'kg/tunnellata mnixxfa bl-arja — ADT) għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta' kull polpa miksuba (il-polpa “i” fir-rigward ta' tunnellata ta' polpa mnixxfa bl-arja), u għandhom jingħaddu flimkien. Il-valuri ta' referenza għal kull tip ta' polpa użata u għall-produzzjoni tal-karta jingħataw fit-Tabella 1. Fl-aħħar nett, l-emissjonijiet totali għandhom jiġu diviżi bil-valuri ta' referenza totali kif jidher f'din il-formola għas-COD:
Tabella 1
Il-valuri ta' referenza għall-emissjonijiet minn tipi differenti ta' polpa
|
Grad ta' polpa |
Valuri ta' referenza (f'kg/ADT) |
|||
|
CODref |
Pref |
Sref |
NOxref |
|
|
Polpa kimika bbliċjata (ħlief is-sulfit) |
18,0 |
0,045 (*1) |
0,6 |
1,6 |
|
Polpa kimika bbliċjata (is-sulfit) |
25,0 |
0,045 |
0,6 |
1,6 |
|
CTMP |
15,0 |
0,01 |
0,2 |
0,3 |
Jekk l-istess impjant jikkoġenera s-sħana u l-elettriku, l-emissjonijiet ta' S u NOx li toħloq il-ġenerazzjoni tal-elettriku jistgħu jitnaqqsu mill-ammont totali. Biex jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-emissjonijiet li toħloq il-ġenerazzjoni tas-sħana għandha tintuża din l-ekwazzjoni: [MWh(sħana) — MWh(sħana)mibjugħa]/[MWh(sħana) + 2 × MWh(elettriku)]
fejn,
|
— |
MWh(elettriku) hu l-elettriku ġġenerat fl-impjant ta' koġenerazzjoni. |
|
— |
MWh(sħana) hi s-sħana utli ġġenerata fi proċess ta' koġenerazzjoni. |
|
— |
MWh(sħana)mibjugħa hi s-sħana utli li tintuża barra mill-impjant tal-manifattura tal-polpa. |
L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni relatata ta' sostenn li għandu jkun fiha r-rapporti tat-testijiet li għalihom ikunu ntużaw dawn il-metodi ta' ttestjar:
|
— |
għas-COD: ISO 6060, EPA SM 5220D jew HACH 8000; |
|
— |
għall-P: ISO 6878, SM 4500, APAT IRSA CNR 4110 jew Dr Lange LCK 349. |
|
— |
għas-S(ossidizzat): EPA 8 jew ekwivalenti; |
|
— |
għas-S(imnaqqas): EPA 8, EPA 16 A jew ekwivalenti; |
|
— |
għall-kontentut ta' S fiż-żejt: ISO 8754 jew EPA 8; |
|
— |
għall-kontentut ta' S fil-faħam: ISO 351 jew EPA 8; |
|
— |
għan-NOx: ISO 11564 jew EPA 7E. |
Id-dokumentazzjoni ta' sostenn għandu jkun fiha indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punti għas-COD, il-P, is-S u n-NOx. Din għandha tinkludi kull emissjoni ta' S u NOx li sseħħ waqt il-produzzjoni tal-polpa, inkluż il-fwar iġġenerat barra mill-post tal-produzzjoni, ħlief għal dawk l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku.
Il-kejl għandu jinkludi lill-bojlers tal-irkupru, il-kalkari tal-ġir, il-bojlers tal-fwar u l-fran għall-qerda ta' gassijiet jintnu ħafna. Għandhom jitqiesu l-emissjonijiet diffużi.
Il-valuri tal-emissjonijiet irrappurtati għal S fl-arja għandhom jinkludu kemm l-emissjonijiet ossidizzati kif ukoll dawk imnaqqsa ta' S (is-sulfur tad-dimetil, il-merkaptan tal-metil, is-sulfur tal-idroġenu u emissjonijiet simili). Minflok jitkejlu, jistgħu jiġu kkalkulati u jitqiesu l-emissjonijiet ta' S li għandhom x'jaqsmu mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tas-sħana miż-żejt, mill-faħam u minn fjuwils esterni oħra b'kontenut magħruf ta' S.
Il-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma għandu jsir fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta' trattament pubbliku.
Il-perjodu tal-kejl għandu jkun ta' 12-il xahar ta' produzzjoni. Għal COD u P, il-kejl għandu jsir kull xahar u għal S u NOx il-kejl għandu jsir kull sena. Inkella, hu aċċettabbli li jsir kejl kontinwu jekk dan tivverifikah parti terza mill-inqas darba fis-sena.
F'impjant ġdid jew mibni mill-ġdid jew meta jinbidel il-proċess fl-impjant tal-produzzjoni, il-kejl għandu jsir kull ġimgħa għal tmien (8) ġimgħat konsekuttivi wara li l-impjant jibda jitħaddem b'mod stabbli. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.
2.5 Emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni
L-emissjonijiet tas-CO2 mis-sorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli ma għandhomx jaqbżu l-450 kg għal kull tunnellata ta' polpa prodotta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra mill-post). Fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-fjuwils għandhom jintużaw il-valuri tal-emissjonijiet ta' referenza mogħtija fit-Tabella 2.
Tabella 2
Il-valuri ta' referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 minn sorsi differenti tal-enerġija
|
Fjuwil |
Emissjonijiet fossili tas-CO2 |
Unità |
|
Faħam |
95 |
g CO2 fossili/MJ |
|
Żejt mhux raffinat |
73 |
g CO2 fossili/MJ |
|
Żejt tal-fjuwil 1 |
74 |
g CO2 fossili/MJ |
|
Żejt tal-fjuwil 2-5 |
77 |
g CO2 fossili/MJ |
|
LPG |
69 |
g CO2 fossili/MJ |
|
Gass naturali |
56 |
g CO2 fossili/MJ |
|
Elettriku mis-sistema |
400 |
g CO2 fossili/kWh |
L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma' dan ir-rekwiżit, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta' sostenn.
L-applikant għandu jipprovdi dejta dwar l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fl-arja. Din għandha tinkludi kull sors ta' fjuwils mhux rinnovabbli waqt il-produzzjoni tal-polpa, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra mill-post).
Il-perjodu tal-kejl għandu jkun ta' 12-il xahar ta' produzzjoni. Il-kejl għandu jsir kull sena.
F'impjant ġdid jew mibni mill-ġdid jew meta jinbidel il-proċess fl-impjant tal-produzzjoni, il-kejl għandu jsir kull ġimgħa għal tmien (8) ġimgħat konsekuttivi wara li l-impjant jibda jitħaddem b'mod stabbli. Ir-riżultati għandhom jintwerew ukoll wara 12-il xahar ta' produzzjoni. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.
L-ammont ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli (1) li jinxtara u jintuża għall-proċessi tal-produzzjoni mhux se jitqies fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li turi li fil-fatt fl-impjant qed tintuża din it-tip ta' enerġija jew li l-applikant ikun qed jixtriha minn barra.
Kriterju 3. Fibri taċ-ċellulożi magħmulin mill-bniedem (inklużi l-visk, il-modal, il-lijoċell, il-kupru, u t-triaċetat)
3.1 Il-ksib
|
(a) |
Kull fibra tal-polpa għandha tkun koperta b'ċertifikati tal-katina tal-kustodja validi maħruġin minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti. Għallinqas 25 % tal-fibri tal-polpa għandhom ikunu koperti b'ċertifikati validi tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija maħruġin minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti. Il-bqija tal-fibri tal-polpa għandhom ikunu koperti b'sistema ta' verifika li tiżgura li dawn ikunu ġejjin minn sorsi legali u jkunu jissodisfaw kull rekwiżit ieħor tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni fejn jidħol il-materjal mhux iċċertifikat. Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-foresti u/jew iċ-ċertifikati tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu akkreditati/irrikonoxxuti minn dik l-iskema taċ-ċertifikazzjoni. |
|
(b) |
Il-polpa solubbli magħmula mil-linters tal-qoton għandha tissodisfa l-kriterju 4.1 għall-qoton (tal-ksib u t-traċċabilità). |
|
(a) |
Mingħand il-manifattur(i) tal-polpa, l-applikant għandu jikseb ċertifikati tal-katina tal-kustodja validi u ċċertifikati indipendentement, li jkunu juru li l-fibri tal-injam tkabbru skont il-prinċipji tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija u/jew li dawn ġejjin minn sorsi legali u kkontrollati. L-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala ċertifikazzjoni aċċettabbli ta' parti terza indipendenti. |
|
(b) |
L-applikazzjoni għandha turi l-konformità mal-kriterju 4.1 għall-qoton (tal-ksib u t-traċċabilità). |
3.2 L-ibbliċjar
Il-polpa użata fil-manifattura tal-fibri m'għandhiex tkun ibbliċjata permezz tal-gass tal-kloru. L-ammont totali ta' aloġeni organiċi assorbibbli (AOX) u ta' kloru organiku (OCl) li jirriżulta m'għandux jaqbeż wieħed minn dawn:
|
— |
0,170 kg/ADT, jekk jitkejjel fl-ilma mormi mill-produzzjoni tal-polpa (AOX), jew |
|
— |
150 ppm, jekk jitkejjel f'fibri lest (OCl). |
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur tal-polpa li ma ntużax gass tal-kloru u rapport tat-test li juri l-konformità mar-rekwiżit tal-AOX jew tal-OCl, li jkun sar bil-metodu ta' ttestjar xieraq:
|
— |
l-ISO 9562 jew l-EPA 1650C ekwivalenti għall-AOX; |
|
— |
u l-ISO 11480 għall-OCl. |
Il-frekwenza tal-kejl għall-AOX għandha tkun stabbilita skont il-kriterju 2.2 għall-polpa fluff.
3.3 Brillaturi ottiċi u koloranti
Il-brillaturi ottiċi u l-koloranti, inklużi l-aġenti bjankaturi fluworexxenti, m'għandhomx jiżdiedu mal-fibri bi ħsieb.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li r-rekwiżiti ġew issodisfati.
3.4 Produzzjoni tal-fibri
|
(a) |
Aktar minn 50 % tal-polpa użata fil-manifattura tal-fibri għandha tinkiseb minn impjanti tal-polpa solubbli li jirkupraw il-valur mil-likur tal-proċess użat tagħhom, permezz ta':
|
|
(b) |
Dawn il-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet tal-komposti tal-kubrit fl-arja għandhom jiġu rrispettati fil-proċess tal-produzzjoni tal-fibri modali u tal-visk Tabella 3 Il-valuri tal-emissjonijiet tal-kubrit tal-fibri modali u tal-visk
|
||||||||||||||||
|
(a) |
L-applikant għandu jġiegħel lill-manifatturi tal-fibri jipprovdu lista tal-fornituri tal-polpa li ntużaw biex jipproduċu l-fibri u l-proporzjon li dawn fornew. Għandha tingħata dokumentazzjoni ta' sostenn u evidenza li turi li l-proporzjon meħtieġ ta' fornituri għandhom it-tagħmir ix-xieraq li jiġġenera l-elettriku jew is-sistemi x-xierqa tal-irkupru u tal-manifattura tal-koprodotti installati fis-siti tal-produzzjoni relatati. |
|
(b) |
L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità. |
Kriterju 4. Il-qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħrajn miż-żrieragħ
4.1 Il-ksib u t-traċċabbiltà
|
(a) |
Il-qoton għandu jitkabbar skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (2), jew fil-Programm Organiku Nazzjonali tal-Istati Uniti (NOP) jew skont obbligi legali ekwivalenti stabbiliti minn sħab kummerċjali tal-Unjoni. Il-kontenut tal-qoton organiku jista' jkun fih il-qoton imkabbar b'mod organiku u l-qoton organiku tranżizzjonali. |
|
(b) |
Il-qoton imkabbar skont il-kriterju 4.1(a) u li jintuża fil-manifattura tal-prodotti assorbenti tal-iġjene għandu jkun traċċabbli mill-punt tal-verifika tal-produzzjoni standard. |
|
(a) |
Korp tal-kontroll indipendenti għandu jiċċertifika li l-kontenut tal-qoton organiku jkun magħmul skont ir-rekwiżiti tal-produzzjoni u l-ispezzjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew fil-Programm Organiku Nazzjonali tal-Istati Uniti (NOP) jew dawk stabbiliti minn sħab kummerċjali oħra. Il-verifika għandha tingħata kull sena għal kull pajjiż tal-oriġini. |
|
(b) |
L-applikant għandu juri l-konformità mar-rekwiżit tal-kontenut tal-qoton għall-volum annwali ta' qoton mixtri għall-manifattura tal-prodott(i) finali u skont kull linja tal-prodotti fuq bażi annwali: Għandhom jingħataw rekords tat-tranżazzjonijiet jew fatturi li juru l-kwantità ta' qoton mixtri fis-sena mingħand il-bdiewa jew il-gruppi tal-produtturi, u l-piż totali tal-balal iċċertifikati. |
4.2 L-ibbliċjar
Il-qoton m'għandux jiġi bbliċjat permezz tal-gass tal-kloru.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li ma ntużax gass tal-kloru.
4.3 Il-brillaturi ottiċi u l-koloranti
Il-brillaturi ottiċi u l-koloranti, inklużi l-aġenti bjankaturi fluworexxenti, m'għandhomx jiżdiedu mal-qoton bi ħsieb.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li r-rekwiżiti ġew issodisfati.
Kriterju 5. Materjali tal-plastik u polimeri superassorbenti
5.1 Produzzjoni ta' polimeri sintetiċi u ta' materjali tal-plastik
Kull impjant li jipproduċi l-polimeri sintetiċi u l-materjali tal-plastik użati fil-prodott għandu jkun implimenta sistemi li:
|
— |
jiffrankaw l-ilma (eż: il-monitoraġġ tal-flussi tal-ilma f'faċilità u ċ-ċirkolazzjoni tal-ilma f'sistemi magħluqa); |
|
— |
jkollhom pjan integrat għall-immaniġġjar tal-iskart biex isiru l-aqwa prevenzjoni, użu mill-ġdid, riċiklaġġ, irkupru u rimi finali tal-iskart (eż: is-separazzjoni ta' tipi differenti tal-iskart); |
|
— |
jkollhom ottimizzazzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija u l-ġestjoni tal-enerġija (eż: bl-użu mill-ġdid tal-fwar iġġenerat waqt il-manifattura tas-SAPs). |
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornituri li turi l-konformità mar-rekwiżit. Id-dikjarazzjoni teħtieġ is-sostenn ta' rapport li jiddeskrivi fid-dettall il-proċeduri li adottaw il-fornituri biex jissodisfaw ir-rekwiżit għal kull wieħed mis-siti kkonċernati.
5.2 Addittivi fil-materjali tal-plastik
|
(a) |
Il-kontenut taċ-ċomb, tal-kadmju, tal-kromju eżavalenti u tal-komposti relatati għandu jkun ta' inqas minn 0,01 % (100 ppm) tal-massa ta' kull materjal tal-plastik u polimeru sintetiku li jintuża fil-prodott. |
|
(b) |
L-addittivi użati fil-plastik b'konċentrazzjoni ta' aktar minn 0,10 % bil-piż m'għandhomx jiġu kklassifikati bi kwalunkwe waħda mid-dikjarazzjonijiet ta' periklu mniżżlin hawn taħt, skont ir-regoli tal-klassifika mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3):
|
(a), (b) L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornituri li turi l-konformità mar-rekwiżiti. Għandha tingħata wkoll lista tas-sustanzi miżjuda, inklużi l-konċentrazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet ta' periklu jew il-frażijiet ta' riskju relatati, sostnuti bi skedi tad-dejta dwar is-sikurezza.
Sabiex jeħfiefu s-segwitu u l-monitoraġġ tad-dokumentazzjoni mogħtija, jista' jiġi eżaminat kampjun aleatorju tal-fornituri. Il-fornitur għandu jipprovdi aċċess għall-faċilitajiet tal-produzzjoni, l-imħażen u l-installazzjonijiet simili. Il-kunfidenzjalità tapplika għal kull dokumentazzjoni u informazzjoni mressqa u kondiviża.
5.3 Polimeri superassorbenti
|
(a) |
L-akrilamida (bin-numru tal-CAS: 79-06-1) m'għandhiex tiżdied mal-prodott bi ħsieb. |
|
(b) |
Il-polimeri superassorbenti li jintużaw fil-prodott jista' jkun fihom mhux aktar minn 1 000 ppm ta' monomeri residwi li huma kklassifikati bid-dikjarazzjonijiet ta' periklu rrappurtati fil-kriterju 7 dwar is-sustanzi jew it-taħlitiet esklużi jew limitati. Għall-poliakrilat tas-sodju, dawn jirrappreżentaw total ta' aċidu akriliku li ma jkunx irreaġixxa u retikolanti. |
|
(c) |
Il-polimeri superassorbenti li jintużaw fil-prodott jista' jkun fihom mhux aktar minn 10 % ta' estratti li jinħallu fl-ilma (f'piż skont il-piż) u dawn għandhom ikunu konformi mal-kriterju 7 dwar is-sustanzi jew it-taħlitiet esklużi jew limitati. Għall-poliakrilat tas-sodju, dawn jirrappreżentaw monomeri u oligomeri ta' aċidu akriliku b'inqas piż molekulari mill-polimeru superassorbenti skont l-istandard ISO 17190. |
|
(a) |
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li din is-sustanza ma ntużatx. |
|
(b) |
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li tiddokumenta l-kompożizzjoni tal-polimeri superassorbenti li ntużaw fil-prodott. Dan għandu jsir fl-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-prodott billi jissemmew l-isem sħiħ, in-numru tal-CAS u l-monomeri residwi li jkun fih il-prodott, ikklassifikati skont ir-rekwiżit u l-kwantitajiet tagħhom. Il-metodi ta' ttestjar irrakkomandati huma l-ISO 17190 u d-WSP 210. Għandhom jiġu deskritti l-metodi użati għall-analiżi u għandhom jissemmew l-ismijiet tal-laboratorji użati għall-analiżi. |
|
(c) |
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li tispeċifika l-kwantità tal-estratti li jinħallu fl-ilma li jkun fihom il-polimeri superassorbenti. Il-metodi ta' ttestjar irrakkomandati huma ISO 17190 u WSP 270. Għandhom jiġu deskritti l-metodi użati għall-analiżi u għandhom jissemmew il-laboratorji użati għall-analiżi. |
Kriterju 6. Materjali u komponenti oħrajn
6.1 Materjali adeżivi
Il-materjali adeżivi m'għandux ikun fihom xi waħda minn dawn is-sustanzi:
|
— |
reżini tal-kolofoniji (in-numri tal-CAS 8050-09-7, 8052-10-6, 73138-82-6), |
|
— |
il-ftalat tad-diisobutil (DIBP, in-numru tal-CAS 84-69-5), |
|
— |
il-ftalat tad-diisononil (DINP, in-numru tal-CAS 28553-12-0), |
|
— |
il-formaldeid (in-numru tal-CAS 50-00-0). |
Dan ir-rekwiżit m'għandux japplika meta dawk is-sustanzi ma jiżdidux mal-materjal jew mal-prodott finali bi ħsieb, u meta jkunu qegħdin fil-materjali adeżivi b'konċentrazzjoni ta' inqas minn 100 ppm (0,010 % skont il-piż).
Għall-formaldeid, il-limitu massimu għall-kontenut ta' formaldeid iġġenerat waqt il-produzzjoni adeżiva għandu jkun ta' 250 ppm, imkejjel fid-dispersjoni tal-polimeru maħluq ġdid. Il-kontenut ta' formaldeid liberu fl-adeżiv imwebbes (il-kolla) m'għandux jaqbeż l-10 ppm. L-adeżivi mdewba bis-sħana għandhom ikunu eżentati minn dan ir-rekwiżit.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li r-rekwiżiti ġew issodisfati. L-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza jistgħu jintużaw bħala evidenza ta' dan. Ir-riżultati tat-testijiet għall-formaldeid għandhom jiġu pprovduti, ħlief għall-adeżivi mdewba bis-sħana.
6.2 Linki u koloranti
Il-prodott u kull parti omoġenja minnu m'għandhomx jinżebgħu bil-koloranti. Id-derogi għal dan ir-rekwiżit għandhom japplikaw għal:
|
— |
l-ispaga tat-tampuni, il-materjali tal-imballaġġ u t-tejps; |
|
— |
id-diossidu tat-titanju fil-polimeri u l-visk; |
|
— |
il-materjali li ma jmissux direttament mal-ġilda jistgħu jinżebgħu bil-kolorant jekk iż-żebgħa tkun tissodisfa ċertu funzjonijiet speċifiċi (eż: biex il-prodott ikun jidher inqas mill-ilbies bajdani jew ċar, biex jintwera fejn għandu jeħel it-tejp, biex ikun jidher li l-prodott ikun imxarrab). |
Il-linki u l-koloranti użati għandhom ikunu konformi wkoll mal-kriterju 7 dwar is-sustanzi jew it-taħlitiet esklużi jew limitati.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni u jġiegħel lill-fornituri jipprovdu dikjarazzjoni li r-rekwiżiti ġew issodisfati. Meta jintużaw il-koloranti, il-preżenza tagħhom għandha tiġġustifikaha xi waħda mill-funzjonijiet speċifiċi pprovduti.
6.3 Fwejjaħ
|
(a) |
Il-prodotti kkummerċjalizzati kif imfassal u maħsubin għat-tfal, kif ukoll it-tampuni u l-assorbenti tat-treddigħ m'għandux ikollhom fwejjaħ. |
|
(b) |
Kull sustanza jew taħlita mdaħħla u miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandha tiġi mmanifatturata u mmaniġġjata skont il-kodiċi tal-prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ (IFRA). Il-kodiċi jinsab fis-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org. Il-manifattur għandu jirrispetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Istandards tal-IFRA dwar il-projbizzjoni, l-użu ristrett u l-kriterji tal-purità speċifikati għall-materjali. |
|
(c) |
Kull fwieħa li tintuża għandha tkun konformi wkoll mal-kriterju 7 dwar is-sustanzi jew it-taħlitiet esklużi jew limitati, irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħha fil-prodott finali. |
|
(d) |
M'għandhomx jintużaw il-fwejjaħ u l-ingredjenti tat-taħlitiet tal-fwejjaħ li l-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (4) jidentifika bħala allerġeni tal-kuntatt ta' tħassib speċjali, u lanqas m'għandhom jintużaw fwejjaħ li l-preżenza tagħhom, skont l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ikun jeħtiġilha titniżżel fil-lista tal-ingredjenti. Barra minn hekk, in-nitromiski u l-miski poliċikliċi mhumiex permessi jintużaw. |
|
(e) |
Fuq l-imballaġġ tal-prodotti għandu jitniżżel li ntużaw xi fwejjaħ. Barra minn hekk, il-fwejjaħ u/jew l-ingredjenti tat-taħlitiet tal-fwejjaħ li l-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur jidentifika bħala allerġeni stabbiliti tal-kuntatt fil-bnedmin u li ma jkunux limitati bil-kriterju 6.3(c) u (d), għandhom jissemmew apparti. |
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità għal kull rekwiżit stipulat fil-punti (a) sa (e), sostnuta b'dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tal-fwieħa, jekk ikun xieraq. Meta jintużaw il-fwejjaħ għandha tingħata wkoll il-lista tal-fwejjaħ użati u evidenza viżwali li l-informazzjoni tniżżlet fuq l-imballaġġ.
6.4 Il-likwidi tad-dlik
|
(a) |
Il-likwidi tad-dlik m'għandhomx jintużaw fl-assorbenti iġjeniċi tan-nisa, fit-tampuni u fl-assorbenti tat-treddigħ. Meta fi prodotti oħrajn jintużaw il-likwidi tad-dlik, dan għandu jitniżżel fuq l-imballaġġ. |
|
(b) |
Kull likwidu tad-dlik li jintuża fi prodotti oħrajn ħlief fl-assorbenti iġjeniċi tan-nisa, fit-tampuni u fl-assorbenti tat-treddigħ, għandu jkun konformi mal-kriterju 6.3 dwar il-fwejjaħ u mal-kriterju 7 dwar is-sustanzi jew it-taħlitiet esklużi jew limitati, irrispettivament mill-konċentrazzjoni tiegħu fil-prodott finali. |
|
(c) |
Dawn is-sustanzi m'għandhomx jintużaw: it-triklożan, il-parabeni, il-formaldeid u r-rilaxxaturi tal-formaldeid. |
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità, sostnuta b'dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tal-likwidu tad-dlik, jekk ikun xieraq. Meta jintużaw il-likwidi tad-dlik għandha tingħata wkoll evidenza viżwali li l-informazzjoni tniżżlet fuq l-imballaġġ.
6.5 Silikon
|
(a) |
Meta l-komponenti tal-prodott jiġu ttrattati bis-silikon, il-manifattur għandu jiżgura li l-impjegati jkunu protetti mis-solventi. |
|
(b) |
La ċ-ċiklotetrasilossan tal-ottametil D4 (bin-numru tal-CAS 556-67-2) u lanqas iċ-ċiklopentasilossan tad-dekametil D5 (bin-numru tal-CAS 541-02-6) m'għandhom ikunu fil-prodotti kimiċi li jintużaw fit-trattament tal-komponenti bis-silikon. Dan ir-rekwiżit m'għandux japplika meta s-sustanzi D4 u D5 jiżdiedu mal-materjal jew mal-prodott finali bi ħsieb, u meta dawn is-sustanzi jkunu qegħdin fis-silikon b'konċentrazzjoni ta' inqas minn 100 ppm (0,01 % skont il-piż). |
|
(a) |
L-applikant għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-metodu użat għat-trattament tas-silikon u dokumentazzjoni li tiċċertifika li l-impjegati jkunu ġew protetti. |
|
(b) |
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li dan ir-rekwiżit ġie ssodisfat. |
6.6 Partiċelli tan-nanofidda
Partiċelli tan-nanofidda ma għandhomx jiżdiedu mal-prodott bi ħsieb, jew ma' xi parti jew materjal omoġenji minnu.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjonijiet u jġiegħel lill-fornituri jipprovdu dikjarazzjoni li dan ir-rekwiżit ġie ssodisfat.
Kriterju 7. Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati
7.1 Sustanzi u taħlitiet perikolużi
L-Ekotikketta tal-UE tista' ma tingħatax jekk il-prodott jew xi oġġetti fih, kif jiddefinixxi l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jew xi parti omoġenja minnu jkun fihom sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji tal-klassifikazzjoni li jagħmlu mad-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew mal-frażijiet tar-riskju speċifikati fit-tabella 4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (7), u lanqas jekk ikun fihom sustanzi jew taħlitiet li jissemmew fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ħlief meta tkun ingħatat deroga speċifika.
L-aktar regoli riċenti tal-klassifikazzjoni li adottat l-Unjoni għandhom jieħdu preċedenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet tar-riskju elenkati. Għalhekk l-applikanti għandhom jiżguraw li kull klassifikazzjoni tkun ibbażata fuq l-aktar regoli riċenti ta' klassifikazzjoni.
Ħafna drabi d-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet tar-riskju f'tabella 4 jkunu jirreferu għal sustanzi. Madankollu, meta ma tkunx tista' tinkiseb informazzjoni dwar is-sustanzi, għandhom japplikaw ir-regoli ta' klassifikazzjoni għat-taħlitiet.
Is-sustanzi jew it-taħlitiet li jibdlu l-proprjetajiet tagħhom bl-ipproċessar u allura ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jew jinbidlu kimikament b'tali mod li jitneħħa l-periklu identifikat qabel, għandhom ikunu eżentati mill-kriterju 7.1. Pereżempju, dan għandu jinkludi polimeri u monomeri jew addittivi modifikati li jintrabtu b'mod kovalenti ġol-plastik.
Il-limiti ta' konċentrazzjoni għal sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu assenjati jew li jkunu ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew il-frażi tar-riskju elenkati f'tabella 4, li jkunu jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew fil-kategoriji tal-periklu, u għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta' konċentrazzjoni ġeneriċi jew speċifiċi jinstabu skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Meta jinstabu limiti ta' konċentrazzjoni speċifiċi, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi.
Tabella 4
Id-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet tar-riskju
|
Dikjarazzjoni tal-Periklu (1) |
Frażi tar-Riskju (2) |
|
H300 Fatali jekk jinbela' |
R28 |
|
H301 Tossiku jekk jinbela' |
R25 |
|
H304 Jaf ikun fatali jekk jinbela' u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs |
R65 |
|
H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda |
R27 |
|
H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda |
R24 |
|
H330 Fatali jekk jinġibed man-nifs |
R23/26 |
|
H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs |
R23 |
|
H340 Jaf joħloq difetti ġenetiċi |
R46 |
|
H341 Suspettat li joħloq difetti ġenetiċi |
R68 |
|
H350 Jaf iġib il-kanċer |
R45 |
|
H350i Jaf iġib il-kanċer jekk jinġibed man-nifs |
R49 |
|
H351 Suspettat li jġib il-kanċer |
R40 |
|
H360F Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità |
R60 |
|
H360D Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
R61 |
|
H360FD Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
R60/61/60-61 |
|
H360Fd Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
R60/63 |
|
H360Df Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R61/62 |
|
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R62 |
|
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
R63 |
|
H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf. |
R62-63 |
|
H362 Jaf jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa |
R64 |
|
H370 Jagħmel ħsara lill-organi |
R39/23/24/25/26/27/28 |
|
H371 Jaf jagħmel ħsara lill-organi |
R68/20/21/22 |
|
H372 Jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta |
R48/25/24/23 |
|
H373 Jista' jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta |
R48/20/21/22 |
|
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
|
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b'effetti għal ħafna żmien |
R50-53 |
|
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b'effetti għal ħafna żmien |
R51-53 |
|
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'effetti għal ħafna żmien |
R52-53 |
|
H413 Jaf jaffettwa lill-organiżmi akkwatiċi għal ħafna żmien |
R53 |
|
EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
R59 |
|
EUH029 Meta jmiss mal-ilma jerħi gass tossiku |
R29 |
|
EUH031 Meta jmiss mal-aċidu jerħi gass tossiku |
R31 |
|
EUH032 Meta jmiss mal-aċidu jerħi gass tossiku ħafna |
R32 |
|
EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn |
R39-41 |
|
H317 (is-Sottokategorija 1 A): Jaf joħloq reazzjoni allerġika tal-ġilda (konċentrazzjoni ta' xkattar ≥ 0,1 % piż/piż) (3) |
R43 |
|
H317 (is-Sottokategorija 1 B): Jaf joħloq reazzjoni allerġika tal-ġilda (konċentrazzjoni ta' xkattar ≥ 1,0 % piż/piż) (3) |
|
|
H334: Jaf joħloq sintomi ta' allerġija jew tal-ażma jew diffikultajiet fin-nifs jekk jinġibed man-nifs |
R42 |
L-applikant għandu jipprovdi l-lista tal-materjali tal-prodott, inkluża lista bl-oġġetti kollha u kull parti omoġenja minnu.
L-applikant għandu jgħarrex għall-preżenza ta' sustanzi u taħlitiet li jaf ikunu klassifikati fid-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew fil-frażijiet tar-riskju rrappurtati f'dan il-kriterju. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan ir-rekwiżit għall-prodott, kull oġġett fih jew kull parti omoġenja minnu.
L-applikanti għandhom jagħżlu għamliet xierqa ta' verifika. L-għamliet ewlenin ta' verifika huma previsti kif ġej:
|
— |
Partijiet omoġenji u kull trattament jew impurtià assoċjata (eż: saff tal-polimeru superassorbenti): għandhom jingħataw l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza għall-materjali li jsawru dik il-parti tal-prodott u għas-sustanzi u t-taħlitiet li ntużaw fit-tiswir u t-trattament tal-materjali li jibqa' fil-parti aħħarija 'l fuq mil-limitu tal-qtugħ ta' 0,10 % piż/piż diment li ma jkunx japplika limitu ta' konċentrazzjoni ġeneriku jew speċifiku skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008; |
|
— |
Ir-riċetti kimiċi li jintużaw biex joħolqu funzjoni speċifika tal-prodott jew tal-komponenti tal-prodott (eż: kolol u adeżivi, koloranti): għandhom jingħataw l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza għas-sustanzi u t-taħlitiet li ntużaw fit-tgħaqqid tal-prodott finali jew għas-sustanzi u t-taħlitiet applikati għall-komponenti tal-prodott u l-bqija tal-komponenti tal-prodott. |
Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha dokumentazzjoni relatata, bħal ngħidu aħna dikjarazzjonijiet tal-konformità bil-firma tal-fornituri, dwar in-nuqqas ta' klassifikazzjoni tas-sustanzi, it-taħlitiet jew materjali b'xi klassi tal-perikolu assoċjata mad-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew mal-frażijiet tar-riskju msemmija fil-lista ta' tabella 4 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, diment li dan ikun jista' jiġi stabbilit, bħala minimu, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
L-informazzjoni mogħtija għandha tkun relatata mal-għamliet jew mal-qagħdiet fiżiċi tas-sustanzi jew tat-taħlitiet użati fil-prodott finali.
Għandha tingħata din l-informazzjoni teknika biex issostni d-dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni għal kull sustanza u taħlita:
|
(i) |
għas-sustanzi li ma ġewx irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew li għad ma għandhomx klassifikazzjoni CLP armonizzata, trid tingħata informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament; |
|
(ii) |
għas-sustanzi rreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni CLP, trid tingħata informazzjoni bbażata fuq id-dossier tar-reġistrazzjoni REACH li tikkonferma l-istatus ta' nuqqas ta' klassifikazzjoni tas-sustanza; |
|
(iii) |
għas-sustanzi bi klassifikazzjoni armonizzata jew awtoklassifikati, iridu jingħataw l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza meta dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli jew is-sustanza tkun awtoklassifikata, għandha tingħata informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006; |
|
(iv) |
fil-każ tat-taħlitiet, iridu jingħataw l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza meta dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli allura għandu jingħata kalkolu tal-klassifikazzjoni tat-taħlita skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 flimkien ma' informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-perikolu tat-taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
L-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza (SDS) għandhom jimtlew skont il-gwida stabbilita fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ir-rekwiżiti għall-kumpilazzjoni tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza). SDS mhux kompluta tkun trid tiġi sostnuta b'aktar informazzjoni minn dikjarazzjonijiet tal-fornituri tal-kimika.
L-informazzjoni dwar il-karatteristiċi intrinsiċi tas-sustanzi ma hemmx għalfejn bilfors tinħoloq b'testijiet. Tista' tinstab b'metodi oħra bħal dawk in vitro, mudelli ta' attività bi struttura kwantitattiva, jew ta' ggruppar jew ta' read-across skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-użu kondiviż tad-dejta rilevanti fil-katina tal-provvista hu mħeġġeġ bil-qawwa.
7.2 Is-sustanzi mniżżlin skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Ma għandha tingħata l-ebda deroga għall-esklużjoni mill-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fejn jidħlu sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, meta jkunu preżenti fit-taħlitiet, f'oġġett jew f'xi parti omoġenja tal-prodott b'konċentrazzjonijiet > 0,10 % bil-piż.
Għandha ssir referenza għall-aħħar aġġornament tal-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna fid-data tal-applikazzjoni. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità mal-kriterju 7.2, u dokumentazzjoni relatata, inklużi dikjarazzjonijiet tal-konformità bil-firma tal-fornituri tal-materjali u kopji tal-SDSs għas-sustanzi jew it-taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi jew it-taħlitiet. Għas-sustanzi u t-taħlitiet, il-limiti ta' konċentrazzjoni għandhom jitniżżlu fl-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Kriterju 8. L-effiċjenza tal-materjali fil-manifattura
Il-kwantità tal-iskart iġġenerata fil-manifattura u fl-imballaġġ tal-prodotti, bil-frazzjoni tal-iskart li jintuża mill-ġdid jew li jsir materjal utli u/jew jissarraf f'enerġija, ma għandhiex taqbeż:
|
— |
l-10 % bil-piż tal-prodotti finali għat-tampuni, |
|
— |
il-5 % bil-piż tal-prodotti finali għal kull prodott ieħor. |
L-applikant għandu jipprovdi evidenza tal-kwantità tal-iskart li ma reġax intuża fil-proċess tal-manifattura jew li ma sarx materjali u/jew li ma ssarrafx f'enerġija.
Il-kalkoli għandhom isiru skont ISO 14025 u l-applikant għandu jippreżenta kull wieħed minn dawn il-parametri:
|
— |
il-piż totali tal-prodott u tal-imballaġġ, |
|
— |
il-flussi kollha tal-iskart iġġenerati fil-manifattura, u |
|
— |
l-ipproċessar tat-trattament rispettiv (pereżempju r-riċiklaġġ, l-inċinerazzjoni), inkluż il-frazzjoni tal-iskart irkuprat u mormi. |
L-iskart nett għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn l-ammont ta' skart iġġenerat u l-ammont ta' skart irkuprat.
Kriterju 9. Gwida dwar ir-rimi tal-prodotti
Fuq l-imballaġġ, il-produtturi għandhom jiktbu jew juru b'simboli viżwali:
|
— |
li l-prodott ma għandux jintrema fit-tojlits, u |
|
— |
l-mod korrett kif il-prodott għandu jintrema. |
L-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ.
Kriterju 10. L-adegwatezza għall-użu u l-kwalità tal-prodott
L-effiċjenza/kwalità tal-prodott għandha tkun sodisfaċenti u tal-anqas ekwivalenti għall-prodotti li diġà hemm fis-suq. L-adegwatezza għall-użu għandha tiġi ttestjata fir-rigward tal-karatteristiċi u l-parametri mniżżla f'Tabella 5. Meta jkunu ġew identifikati, il-limiti tal-prestazzjoni għandhom jitqabblu.
Tabella 5
Il-karatteristiċi u l-parametri li jiddeskrivu l-adegwatezza għall-użu tal-prodott li se jiġi ttestjat
|
Karatteristika |
Il-prattika tal-ittestjar meħtieġa (il-limitu tal-prestazzjoni) |
||||||
|
Ħrieqi tat-trabi |
Assorbenti iġjeniċi tan-nisa |
Tampuni |
Assorbenti tat-treddigħ |
||||
|
Testijiet waqt l-użu |
|
Test tal-konsumatur (It-tnixxija tokkorri f'mhux aktar minn 5 % tal-prodotti) |
|||||
|
Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti) |
Mhux applikabbli |
Għall-ħrieqi tat-trabi |
||||
|
Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti) |
||||||
|
Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti) |
||||||
|
Testijiet tekniċi |
|
Ir-rata ta' assorbiment u l-assorbiment qabel it-tnixxija |
Il-metodu sinġina |
Mhu rakkomandat l-ebda metodu |
|||
|
TEWL, il-metodu msejjaħ “rewet” jew ittestjar korneometriku |
Mhux applikabbli |
Mhu rakkomandat l-ebda metodu |
||||
Għandu jingħata rapport tat-test għat-testijiet waqt l-użu u għat-testijiet tekniċi li jiddeskrivu l-metodi ta' ttestjar, ir-riżultati tat-test u d-dejta użata. It-testijiet għandhom jagħmluhom laboratorji ċċertifikati biex jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità, irrispettivament jekk hux interni jew esterni.
It-testijiet għandhom isiru għat-tip speċifiku u d-daqs tal-prodotti li japplikaw għall-Ekotikketta tal-UE. Madankollu, jekk jintwera li l-prodotti għandhom l-istess prestazzjoni, ikun biżżejjed li jiġi ttestjat daqs wieħed biss jew taħlita rappreżentattiva ta' qisien għal kull disinn tal-prodott. Għandha tingħata attenzjoni speċjali rigward it-teħid tal-kampjuni, it-trasport u l-ħażna tal-prodotti ħalli jkunu żgurati riżultati riproduċibbli. Huwa rakkomandat li l-prodotti ma jinsatrux jew jerġgħu jiġu ppakkjati f'imballaġġ newtrali minħabba r-riskju li tinbidel il-prestazzjoni tal-prodotti u/jew tal-imballaġġ.
Informazzjoni dwar l-ittestjar għandha ssir disponibbli għall-korpi kompetenti b'tali mod li tkun rispettata l-kunfidenzjalità. Ir-riżultati tat-test għandhom jitfissru ċar u tond u jitniżżlu bil-lingwa, l-unitajiet u s-simboli li jifhem l-utent tad-dejta. Għandhom jitniżżlu dawn id-dettalji: il-post u d-data tat-testijiet; il-kriterji użati biex jingħażlu l-prodotti ttestjati u r-rappreżentattività tagħhom; il-karatteristiċi magħżula tal-ittestjar u, jekk ikunu japplikaw, ir-raġunijiet għalfejn ċerti karatteristiċi ma tħaddmux; il-metodi ta' ttestjar użati u l-limitazzjonijiet tagħhom, jekk għandhom. Għandhom jingħataw linji gwida ċari dwar l-użu tar-riżultati tat-test.
Linji gwida oħrajn għat-testijiet tal-utent:
|
— |
It-teħid tal-kampjuni, id-disinn esperimentali, il-panel tar-reklutaġġ u l-analiżi tar-riżultati tat-test għandhom ikunu konformi mal-prattiċi tal-istatistika standard (AFNOR Q 34-019, ASTM E1958-07e1 jew ekwivalenti). |
|
— |
Kull prodott għandu jiġi vvalutat skont kwestjonarju. It-test għandu jdum mill-inqas 72 siegħa, ġimgħa sħiħa meta possibbli, u għandu jsir f'kundizzjonijiet normali tal-użu tal-prodott; |
|
— |
L-għadd rakkomandat ta' testers għandu jkun tal-inqas 30. Kull individwu li jieħu sehem fl-istħarriġ għandu jkun utent attwali tat-tip/daqs speċifiku tal-prodott ittestjat. |
|
— |
Meta l-prodott ma jkunx maħsub b'mod speċifiku għal sess wieħed, il-proporzjon tal-irġiel u n-nisa għandu jkun ta' 1:1. |
|
— |
Fl-istħarriġ għandhom jieħdu sehem taħlita ta' individwi li jirrappreżentaw proporzjonalment gruppi differenti ta' konsumaturi disponibbli fis-suq. Għandhom jitniżżlu ċar u tond, l-etajiet, il-pajjiżi u s-sessi. |
|
— |
Individwi morda u persuni b'kundizzjoni kronika fil-ġilda m'għandhomx jieħdu sehem fit-test. Meta xi individwi jimirdu waqt il-prova tal-utenti, dan għandu jitniżżel fil-kwestjonarju u t-tweġibiet m'għandhomx jitqiesu fl-evalwazzjoni. |
|
— |
Għat-tnixxif tal-ġilda, għal prodotti tajbin u komdi, u għall-prestazzjoni ġenerali, 80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti, li pereżempju tkun tfisser li konsumatur jagħti rata ogħla minn 60 (fi skala kwantitattiva bejn 1 u 100) jew li l-prodott ġie klassifikat bħala tajjeb jew tajjeb ħafna (fost il-ħames għażliet kwalitattivi: dgħajjef ħafna, dgħajjef, mhux ħażin, tajjeb, tajjeb ħafna). Għall-assorbiment u l-protezzjoni mit-tnixxija, it-tnixxija għandha ssir f'inqas minn 5 % tal-prodotti ttestjati. |
|
— |
Ir-riżultati għandhom jiġu evalwati statistikament wara li titlesta l-prova tal-utenti. |
|
— |
Għandhom jiġu kkomunikati wkoll fatturi esterni bħal marki kummerċjali, ishma mis-suq u reklamar li jaf ikollhom impatt fuq l-impressjoni tal-prestazzjoni tal-prodott. |
Rekwiżiti oħrajn għat-testijiet tekniċi:
|
— |
Il-metodi ta' ttestjar għandhom jissejsu kemm jista' jkun fuq metodi rilevanti għall-prodott, riproduċibbli u rigorużi. |
|
— |
Għandhom jiġu ttestjati mill-inqas ħames kampjuni. Ir-riżultati medji għandhom jiġu rrappurtati flimkien ma' indikazzjoni tad-devjazzjoni standard. |
Il-piż, il-qisien u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott għandhom jiġu deskritti u mogħtija skont il-kriterju 1.
Kriterju 11. Aspetti soċjali
L-applikanti għandhom jiżguraw li l-impjanti tal-produzzjoni fil-katina tal-provvista li jintużaw fil-manifattura tal-prodotti liċenjzati, josservaw il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol li jiddeskrivu l-Istandards Ewlenin tax-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), il-Global Compact tan-Nazzjonijiet Magħquda u l-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali. Għal finijiet ta' verifika, għandha ssir referenza għal dawn l-Istandards Ewlenin tax-Xogħol tal-ILO:
|
029 |
Xogħol bil-forza |
|
087 |
Libertà tal-Assoċjazzjoni u t-Tħaris tad-Dritt tal-Organizzazzjoni |
|
098 |
Id-Dritt tal-Organizzazzjoni u tan-Negozjar Kollettiv |
|
100 |
Ħlas indaqs |
|
105 |
L-Abolizzjoni tax-Xogħol bil-Forza |
|
111 |
Id-Diskriminazzjoni (L-Impjiegi u l-Kariga) |
|
138 |
Il-Konvenzjoni tal-Età Minima |
|
155 |
Is-sikurezza u s-saħħa fuq ix-xogħol |
|
182 |
L-eliminazzjoni tal-Agħar Forom ta' Xogħol mit-Tfal |
Dawn l-istandards għandhom jiġu kkomunikati lill-impjanti tal-produzzjoni fil-katina tal-provvista li jintużaw fil-manifattura tal-prodott finali.
L-applikant għandu juri li saret verifika tal-konformità minn parti terza, premezz ta' verifika indipendenti jew evidenza dokumentarja, inklużi żjajjar fuq il-post minn awdituri waqt il-proċess ta' verifika tal-Ekotikketta għal impjanti tal-produzzjoni fil-katina tal-provvista tal-prodotti liċenzjati. Dan għandu jsir mal-applikazzjoni u, jekk jibdew jintużaw impjanti ġodda tal-produzzjoni, sussegwentement waqt il-perjodu tal-liċenzja.
Kriterju 12. L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
Il-logo tal-Ekotikketta tal-UE jista' jidher kemm fuq l-imballaġġ kif ukoll fuq il-prodott. Kaxxa 2 tal-Ekotikketta tal-UE għandu jkun fiha dan it-test:
|
— |
“Impatti mnaqqsa mill-konsum tar-riżorsi” |
|
— |
“Użu ristrett ta' sustanzi perikolużi.” |
|
— |
“It-testijiet tal-prestazzjoni u tal-kwalità ġew issodisfati” |
Barra minn hekk, dan it-test għandu jidher fuq l-imballaġġ: “Biex tkun taf aktar għala dan il-prodott ingħata l-Ekotikketta tal-UE, żur http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/”.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li turi konformità mar-rekwiżit u mal-evidenza viżwali.
(*1) Fil-kalkolu jitqiesu l-emissjonijiet netti ta' P. Il-P li jkun jinsab b'mod naturali fil-materja prima tal-injam u fl-ilma jista' jitnaqqas mill-emissjonijiet totali ta' P. Għandu jiġi aċċettat tnaqqis sa 0,010 kg/ADT.
(1) Bħalma tiddefinixxi d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(4) L-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur dwar l-allerġeni tal-fwejjaħ fil-prodotti kożmetiċi, adottata f'Ġunju tal-2012: http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_102.pdf.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).
(1) Skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(2) Skont id-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1).
(3) Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2011 tal-10 ta' Marzu 2011 li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet.
(*2) Panty liners mingħajr qalba maħsuba biex jipproteġu l-ilbies ta' taħt tan-nisa (panty liners ħfief) huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.