EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0734

2014/734/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, rigward is-sostituzzjoni tal-Protokoll 4 ta' dak il-Ftehim, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, rigward ir-regoli ta' oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

ĠU L 304, 23.10.2014, p. 91–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/734/oj

23.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/91


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Ottubru 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, rigward is-sostituzzjoni tal-Protokoll 4 ta' dak il-Ftehim, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, rigward ir-regoli ta' oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

(2014/734/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), jirrigwarda d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, (“Protokoll 4”).

(2)

Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont il-ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-parteċipanti l-oħra fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jingħaqdu mas-sistema pan-Ewropea tal-akkumulazzjoni djagonali ta' oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007.

(3)

L-Unjoni kif ukoll dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011.

(4)

L-Unjoni u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fl-14 ta' Ġunju 2012, rispettivament. Bħala konsegwenza, f'applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Awwissu 2012 rispettivament.

(5)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprovdi li kull parti kontraenti għall-Konvenzjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b'mod effettiv. Għal dak il-għan, il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim għandu jadotta deċiżjoni li tissostitwixxi l-Protokoll 4 bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, rigward is-sostituzzjoni tal-Protokoll 4 ta' dak il-Ftehim, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, rigward ir-regoli ta' oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuża.

2.   Jista' jintlaħaq qbil dwar xi tibdil żgħir fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, mingħajr deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ALFANO


(1)  ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI TAL-UE-DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA

ta'

li tissostitwixxi l-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI TAL-UE — DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 40 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,

Billi:

(1)

L-Artikolu 40 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jirreferi għall-Protokoll 4 tal-Ftehim (“Protokoll 4”) li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini u jipprovdi għal akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u kwalunkwe pajjiż jew territorju li jipparteċipa fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 39 tal-Protokoll 4 jipprovdi li l-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stipulat fl-Artikolu 108 tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4.

(3)

Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2), (“il-Konvenzjoni”), għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona Pan-Ewro-Mediterranja b'att legali wieħed. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-parteċipanti l-oħra fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jingħaqdu mas-sistema pan-Ewropea tal-akkumulazzjoni djagonali ta' oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007.

(4)

L-Unjoni kif ukoll dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011.

(5)

L-Unjoni u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju ta' din il-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u l-14 ta' Ġunju 2012, rispettivament. Bħala konsegwenza, f'applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Awwissu 2012, rispettivament.

(6)

Fejn it-tranżizzjoni lejn il-Konvenzjoni ma tkunx simultanja għall-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni kollha fi ħdan iż-żona ta' akkumulazzjoni, ma għandhiex twassal għal sitwazzjoni anqas favorevoli minn qabel skont il-Protokoll 4.

(7)

Il-Protokoll 4 għandu għalhekk jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li jagħmel referenza għall-Konvenzjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija tapplika mill-….

Magħmul fi

Għall-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE — dik li kienet ir- Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Il-President


(1)  ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

ANNESS

Protokoll 4

dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 1

Regoli ta' oriġini applikabbli

1.   Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (“il-Konvenzjoni”).

2.   Ir-referenzi kollha għall-“ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali ta' oriġini Pan-Ewro-Mediterranji jinftiehmu bħala li jirreferu għal dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Soluzzjoni tat-tilwim

1.   Fejn iqumu tilwimiet b'rabta mal-proċeduri ta' verifikazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li ma jkunux jistgħu jissolvew bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifikazzjoni u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli milli jwettqu dik il-verifikazzjoni, dawn jitressqu quddiem il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

2.   Fil-każijiet kollha s-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni sseħħ skont il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.

Artikolu 3

Emendi għall-Protokoll

Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 4

Irtirar mill-Konvenzjoni

1.   Jekk l-Unjoni Ewropea jew dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sejrin immedjatament jidħlu f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2.   Sad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regoli ta' oriġini ġodda nnegozjati, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu f'Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Appendiċi II tal-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument tal-irtirar, jibqgħu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni jiġu interpretati fis-sens li jippermettu akkumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biss.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni — akkumulazzjoni

1.   Minkejja l-Artikolu 3 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, ir-regoli dwar l-akkumulazzjoni previsti fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan il-Protokoll, kif emendati permezz tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex iqisu l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (2), ikomplu japplikaw bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sa meta l-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontraenti kollha elenkati fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan il-Protokoll.

2.   Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, fejn l-akkumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewroepa, it-Turkija u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat ta' moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.


(1)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

(2)  ĠU L 99, 10.4.2008, p. 2.


Top