Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0720

    2014/720/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar l-adeżjoni tal-Montenegro mal-Ftehim Rivedut dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern

    ĠU L 300, 18.10.2014, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/720/oj

    18.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 300/51


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-13 ta' Ottubru 2014

    li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar l-adeżjoni tal-Montenegro mal-Ftehim Rivedut dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern

    (2014/720/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fl-4 ta' Novembru 2013, il-Montenegro applika għall-adeżjoni mal-Ftehim Rivedut dwar l-Akkwist Pubbliku (“il-GPA Rivedut”).

    (2)

    L-impenji tal-Montenegro dwar il-kopertura huma stabbiliti fl-offerta finali tiegħu, kif ippreżentata lill-Partijiet għall-GPA Rivedut fit-18 ta' Lulju 2014.

    (3)

    L-offerta finali tal-Montenegro tirrifletti l-iskeda ta' kopertura tal-Unjoni fl-Appendiċi I tal-GPA Rivedut. Għalhekk, hija sodisfaċenti u aċċettabbli. It-termini tal-adeżjoni tal-Montenegro, kif riflessi fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, se jkunu riflessi fid-deċiżjoni adottata mill-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku (“il-Kumitat tal-GPA”) dwar l-adeżjoni tal-Montenegro.

    (4)

    L-adeżjoni tal-Montenegro mal-GPA Rivedut hija mistennija li tkun ta' kontribut pożittiv għal aktar ftuħ internazzjonali tas-swieq tal-akkwist pubbliku.

    (5)

    L-Artikolu XXII(2) tal-GPA Rivedut jipprovdi li kull Membru tad-WTO jista' jaderixxi mal-GPA Rivedut taħt termini li għandhom jiġu miftiehma bejn dak il-Membru u l-Partijiet, b'tali termini ddikjarati f'deċiżjoni tal-Kumitat tal-GPA.

    (6)

    Għaldaqstant, huwa neċessarju li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-GPA relattivament għall-adeżjoni tal-Montenegro,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku hija li tiġi approvata l-adeżjoni tal-Montenegro mal-Ftehim Rivedut dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern, suġġett għal termini speċifiċi ta' adeżjoni stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta' Ottubru 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MARTINA


    ANNESS

    TERMINI TAL-UE GĦALL-ADEŻJONI TAL-MONTENEGRO MAL-GPA RIVEDUT (1)

    Mal-adeżjoni tal-Montenegro mal-GPA Rivedut, il-punt 2 tat-Taqsima 2 (L-awtoritajiet kontraenti tal-Gvern Ċentrali tal-Istati Membri tal-UE) tal-Anness 1 tal-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għandu jaqra kif ġej:

    “2.

    Għall-oġġetti, servizzi, fornituri u provvedituri ta' servizzi ta' Iżrael u Montenegro, l-akkwist mill-awtoritajiet kontraenti tal-gvern ċentrali li ġejjin.”

    Mal-adeżjoni tal-Montenegro mal-GPA Rivedut, it-Taqsima 2 tal-Anness 6 għandha taqra kif ġej:

    “2.

    Il-kuntratti għal konċessjonijiet ta' xogħlijiet, meta jingħataw minn entitajiet tal-Anness 1 u 2, huma inklużi taħt ir-reġim ta' trattament nazzjonali għall-provvedituri tas-servizz ta' kostruzzjoni tal-Islanda, Liechtenstein, in-Norveġja, il-Pajjiżi l-Baxxi għan-nom ta' Aruba, l-Isvizzera u l-Montenegro, sakemm il-valur tagħhom ikun daqs jew jaqbeż 5 000 000 SDR u għall-provvedituri tas-servizz ta' kostruzzjoni tal-Korea; sakemm il-valur tagħhom ikun daqs jew jaqbeż 15 000 000 SDR.”


    (1)  In-numerazzjoni tal-Iskedi ta' kopertura tal-Partijiet għall-GPA Rivedut inbidlet mis-segretarjat tad-WTO bi ftehim mal-Partijiet tal-GPA Rivedut. In-numerazzjoni użata f'dan l-Anness tikkorrispondi għan-numerazzjoni tal-aħħar kopja ċċertifikata u vverifikata tal-iskedi ta' kopertura tal-Partijiet għall-GPA Rivedut, li ntbagħtet mid-WTO lill-Partijiet tal-GPA Rivedut permezz ta' notifika uffiċjali u tinsab f'dan is-sit: http://www.wto.org/english/tratop_e/gproc_e/gp_app_agree_e.htm#revisedGPA In-numerazzjoni tal-iskedi ta' kopertura tal-Partijiet għall-GPA Rivedut ippublikat fil-ĠU L 68, 7.3.2014, p. 2 hija obsoleta.


    Top