Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0711

    2014/711/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta' Settembru 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija

    ĠU L 296, 14.10.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/711/oj

    Related international agreement

    14.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 296/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-24 ta' Settembru 2012

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija

    (2014/711/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-2005, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja mar-Repubblika tat-Tuneżija (aktar 'il quddiem imsejħa “t-Tuneżija”), f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (1), sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (aktar 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”).

    (2)

    Dawn in-negozjati ġew iffinalizzati, għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni.

    (3)

    It-test tal-Protokoll li ġie nnegozjat mat-Tuneżija jipprevedi, fl-Artikolu 8(2) tiegħu, l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

    (4)

    Huwa xieraq li jiġi ffirmat il-Protokoll u li jiġi applikat b'mod provviżorju, sa meta jitwettqu l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   L-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi.

    2.   It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    Artikolu 3

    Il-Protokoll għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mill-1 ta' Jannar 2007, sa meta jitwettqu l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. MAVROYIANNIS


    (1)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.


    Top