Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0704

    2014/704/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera (notifikata bid-dokument C(2014) 7139) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 294, 10.10.2014, p. 46–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/704/oj

    10.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 294/46


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta' Ottubru 2014

    li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera

    (notifikata bid-dokument C(2014) 7139)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/704/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku, applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    Id-Danimarka kkomunikat li l-post ta' spezzjoni fil-fruntiera f'Kolding għandu jitħassar mil-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru. Il-Ġermanja kkomunikat li l-post ta' spezzjoni fil-fruntiera f'Düsseldorf għandu jitħassar mil-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru. Għalhekk, il-listi tal-entrati għal dawk l-Istati Membri kif stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

    (3)

    Wara komunikazzjoni mingħand Spanja u l-Pajjiżi l-Baxxi, fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati l-entrati għall-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruporti ta' Barċellona, Gran Canaria u Tenerife Sur fi Spanja u fil-port ta' Rotterdam fil-Pajjiżi l-Baxxi.

    (4)

    Wara verifika sodisfaċenti mwettqa mis-servizz ta' verifika tal-Kummissjoni (li qabel kien magħruf bħala s-servizz ta' spezzjoni tal-Kummissjoni), l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (Food and Veterinary Office — FVO), il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera f'Nuuk fil-Groenlandja jista' jiġi approvat għall-kategoriji kollha ta' prodotti mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, l-entrata relevanti għal dak il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (5)

    Il-FVO wettaq verifiki fil-Kroazja, u wara dan għamel xi rakkomandazzjonijiet lil dak l-Istat Membru. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet ġew indirizzati b'mod sodisfaċenti mill-Kroazja bi pjan ta' azzjoni u bl-emenda tal-kategoriji ta' approvazzjoni tal-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera f'Rijeka. Għalhekk, l-entrata għal dak il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ottubru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

    (3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fil-parti li tikkonċerna lid-Danimarka, titħassar l-entrata għall-port f'Kolding.

    (2)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja, titħassar l-entrata għall-ajruport ta' Düsseldorf.

    (3)

    il-parti li tikkonċerna lil Spanja hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata tal-ajruport ta' Barcelona tinbidel kif ġej:

    “Barcelona

    ES BCN 4

    A

    Iberia

    HC(2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT(2)

    O

    Swissport

    HC(2), NHC(2)

    O

    WFS

    HC-T(CH)(2)”

     

    (b)

    l-entrata tal-ajruport ta' Gran Canaria tinbidel kif ġej:

    “Gran Canaria

    ES LPA 4

    A

     

    HC(2), NHC-NT(2) (*)

    O (*)”

    (c)

    l-entrata tal-ajruport ta' Tenerife Sur tinbidel kif ġej:

    “Tenerife Sur

    ES TFS 4

    A

    Productos

    HC(2) (*), NHC(2)

     

    Animales

     

    U (*), E (*), O”

    (4)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Groenlandja, l-entrata għall-port ta' Nuuk tinbidel kif ġej:

    “Nuuk

    GL GOH 1

    P

     

    HC(1)(2)(15), NHC(2)(15)”

     

    (5)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Kroazja, l-entrata għall-port ta' Rijeka tinbidel kif ġej:

    “Rijeka

    HR RJK 1

    P

     

    HC(2), NHC-T(FR)(2), NHC-NT(2)”

     

    (6)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Pajjiżi l-Baxxi, l-entrata għall-port ta' Rotterdam tinbidel kif ġej:

    “Rotterdam

    NL RTM 1

    P

    Eurofrigo Karimatastraat

    HC, NHC-T(FR), NHC-NT

     

    Eurofrigo, Abel Tasmanstraat

    HC

     

    Frigocare Rotterdam B.V.

    HC(2)

     

    Coldstore Wibaco B.V.

    HC-T(FR)(2), HC-NT(2)

     

    Kloosterboer Delta Terminal

    HC(2)”

     


    Top