Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0678

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/678/PESK tas- 26 ta' Settembru 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    ĠU L 283, 27.9.2014, p. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/678/oj

    27.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 283/59


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/678/PESK

    tas-26 ta' Settembru 2014

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

    (2)

    Permezz tas-sentenza tagħha tas-16 ta' Lulju 2014 fil-Kawża T-572/11, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill biex tinkludi lil Samir Hassan fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

    (3)

    Samir Hassan għandu jerġa' jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida ta' raġunijiet.

    (4)

    Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma' żewġ entitajiet elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha tiġi aġġornata.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. GOZI


    (1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


    ANNESS

    1.

    Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi li tinsab fit-Taqsima A tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “48.

    Samir (

    Image

    ) Hassan (

    Image

    )

     

    Samir Hassan huwa negozjant prominenti, qrib figuri ewlenin tar-reġim Sirjan, bħal Rami Makhlouf u Issam Anbouba; minn Marzu 2014, huwa l-Viċi President għar-Russja tal-Kunsilli ta' Negozji Bilaterali wara l-ħatra tiegħu mill-Ministru tal-Ekonomija, Khodr Orfali. Barra minn hekk, huwa jappoġġa l-isforz ta' gwerra tar-reġim permezz ta' donazzjonijiet ta' flus. Għalhekk, Samir Hassan huwa assoċjat ma' persuni li jibbenifikaw minn jew li jappoġġa lir-reġim u jipprovdi appoġġ lil u jibbenefika mir-reġim Sirjan.

    27.9.2014”

    2.

    L-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif stipulat fit-Taqsima B tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “54.

    Overseas Petroleum Trading magħrufa wkoll bħala ‘Overseas Petroleum Trading SAL (Off-Shore)’ magħrufa wkoll bħala ‘Overseas Petroleum Company’

    Dunant Street, Snoubra Sector, Beirut, Lebanon.

    Tipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u tibbenefika mir-reġim billi torganizza bil-moħbi vjeġġi taż-żejt lir-reġim Sirjan.

    23.7.2014

    55.

    Tri Ocean Trading magħrufa wkoll bħala Tri-Ocean Energy

    35b Saray El Maadi Tower, Corniche El Nile, Cairo, Egypt, Postal Code 11431 P.O. Box: 1313 Maadi

    Tipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u tibbenefika mir-reġim billi torganizza bil-moħbi vjeġġi taż-żejt lir-reġim Sirjan.

    23.7.2014”


    Top