This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0677
2014/677/EU: Council Decision of 25 September 2014 appointing a Dutch member and four Dutch alternate members of the Committee of the Regions
2014/677/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' Settembru 2014 li taħtar membru Olandiż u erba' membri supplenti Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
2014/677/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' Settembru 2014 li taħtar membru Olandiż u erba' membri supplenti Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 283, 27.9.2014, pp. 57–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015
|
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/57 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Settembru 2014
li taħtar membru Olandiż u erba' membri supplenti Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2014/677/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-GvernOlandiż,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fit-18 ta' Jannar 2011, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/41/UE (3), is-Sur H.P.M. (Henk) KOOL inħatar bħala membru u s-Sur H.A.J. (Henk) AALDERINK, is-Sur J.P.W. (Jan Willem) GROOT u s-Sinjura L.W.C.M. (Loes) van der MEIJS ġew maħtura bħala membri supplenti sal-25 ta' Jannar 2015. Fil-11 ta' Diċembru 2012, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/779/UE (4) is-Sinjura J.H.M. (Jon) HERMANS-VLOEDBELD ġiet maħtura bħala membru supplenti sal-25 ta' Jannar 2015. |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur H.P.M. (Henk) KOOL, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur H.A.J. (Henk) AALDERINK, is-Sur J.P.W. (Jan Willem) GROOT u s-Sinjura L.W.C.M. (Jon) HERMANS-VLOEDBELD u s-Sinjura L.W.C.M. (Loes) van der MEIJS, saru vakanti erba' siġġijiet ta' membri supplenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:
|
(a) |
bħala membru:
kif ukoll |
|
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
F. GUIDI
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.