Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0648

    2014/648/UE, Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill, meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, tal- 5 ta' Settembru 2014 li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni

    ĠU L 268, 9.9.2014, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/11/2014; Imħassar b' 32014D0716

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/648/oj

    9.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 268/5


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL,

    meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni,

    tal-5 ta' Settembru 2014

    li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni

    (2014/648/UE, Euratom)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2013/272/UE tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 dwar in-numru ta' membri tal-Kummissjoni Ewropea (1),

    Billi:

    (1)

    Il-mandat tal-Kummissjoni maħtura permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/80/UE (2) jintemm fil-31 ta' Ottubru 2014.

    (2)

    Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandha tinħatar sal-31 ta' Ottubru 2019.

    (3)

    Il-Kunsill Ewropew innomina lis-Sur Jean-Claude JUNCKER bħala l-persuna proposta lill-Parlament Ewropew bħala President tal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew ħatru bħala President tal-Kummissjoni fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tal-15 ta' Lulju 2014.

    (4)

    Il-Kunsill għandu jadotta, bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, il-lista tal-persuni l-oħra li huwa jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2019.

    (5)

    Fit-30 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill Ewropew, bi qbil mal-President elett tal-Kummissjoni, ħatar is-Sinjura Federica MOGHERINI bħala Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont l-Artikolu 18(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    (6)

    Skont l-Artikolu 17(7), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni huma soġġetti bħala korp għal vot ta' kunsens mill-Parlament Ewropew,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Bi qbil komuni mas-Sur Jean-Claude JUNCKER, il-President elett tal-Kummissjoni, il-Kunsill jipproponi li jinħatru l-persuni li ġejjin bħala Membri tal-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta' Ottubru 2019:

     

    Is-Sur Vytenis Povilas ANDRIUKAITIS

     

    Is-Sur Andrus ANSIP

     

    Is-Sur Miguel ARIAS CAÑETE

     

    Is-Sur Dimitris AVRAMOPOULOS

     

    Is-Sinjura Elżbieta BIEŃKOWSKA

     

    Is-Sinjura Alenka BRATUŠEK

     

    Is-Sinjura Corina CREȚU

     

    Is-Sur Valdis DOMBROVSKIS

     

    Is-Sinjura Kristalina GEORGIEVA

     

    Is-Sur Johannes HAHN

     

    Is-Sur Jonathan HILL

     

    Is-Sur Phil HOGAN

     

    Is-Sinjura Věra JOUROVÁ

     

    Is-Sur Jyrki KATAINEN

     

    Is-Sinjura Cecilia MALMSTRÖM

     

    Is-Sur Neven MIMICA

     

    Is-Sur Carlos MOEDAS

     

    Is-Sur Pierre MOSCOVICI

     

    Is-Sur Tibor NAVRACSICS

     

    Is-Sur Günther OETTINGER

     

    Is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ

     

    Is-Sur Christos STYLIANIDES

     

    Is-Sinjura Marianne THYSSEN

     

    Is-Sur Frans TIMMERMANS

     

    Is-Sur Karmenu VELLA

     

    Is-Sinjura Margrethe VESTAGER

    kif ukoll:

     

    Is-Sinjura Federica MOGHERINI, maħtura Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.

    Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Settembru 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. GOZI


    (1)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/80/UE tad-9 ta' Frar 2010 dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 38, 11.2.2010, p. 7).


    Top