Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0639

2014/639/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat- 30 ta' Awwissu 2014 li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

ĠU L 262, 2.9.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/639/oj

2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tat-30 ta' Awwissu 2014

li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

(2014/639/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/950/UE, li ttieħdet bil-qbil tal-President tal-Kummissjoni (1), tal-4 ta' Diċembru 2009, ħatret ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà sal-31 ta' Ottubru 2014.

(2)

F'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-membri l-oħra tal-Kummissjoni huma soġġetti bħala grupp għal vot ta' approvazzjoni mill-Parlament Ewropew.

(3)

Jeħtieġ li jinħatar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat attwali tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2019.

(4)

Il-President elett qabel dwar il-ħatra tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Federica MOGHERINI hija b'dan maħtura Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat attwali tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sinjura Federica MOGHERINI mill-President tal-Kunsill Ewropew.

Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


(1)   ĠU L 328, 15.12.2009, p. 69.


Top