Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0537

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/537/PESK tat- 3 ta' Lulju 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, f'isem l-Unjoni E ropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar il-modalitajiet għat-trasferiment lir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persuni detenuti mill-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea (EUFOR RCA) fit-twettiq tal-mandat tagħha u dwar il-garanziji applikabbli għal tali persuni

ĠU L 251, 23.8.2014, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/537/oj

Related international agreement

23.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/537/PESK

tat-3 ta' Lulju 2014

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, f'isem l-Unjoni E ropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar il-modalitajiet għat-trasferiment lir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persuni detenuti mill-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea (EUFOR RCA) fit-twettiq tal-mandat tagħha u dwar il-garanziji applikabbli għal tali persuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Frar 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/73/PESK (1) dwar operazzjoni militari tal-Unjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA).

(2)

Wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni mill-Kunsill fl-14 ta' Marzu 2014 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, ir-Rappreżentant Għoli nnegozjat, f'konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u R-Repubblika Ċentru- Afrikana dwar il-modalitajiet għat-trasferiment lir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persuni detenuti mill-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea (EUFOR RCA) fit-twettiq tal-mandat tagħha u dwar il-garanziji applikabbli għal tali persuni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

(3)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru (22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fit-tfassil u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tikkontribwixxix għall-finanzjament ta' din l-operazzjoni.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar il-modalitajiet għat-trasferiment lir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persuni detenuti mill-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea (EUFOR RCA) fit-twettiq tal-mandat tagħha u dwar il-garanziji applikabbli għal tali persuni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex ikun jorbot lill-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/73/PESK tal-10 ta' Frar 2014 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (ĠU L 40, 11.2.2014, p. 59).


Top