This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0517
2014/517/EU: Council Decision of 14 April 2014 on the signing, on behalf of the European Union and its Member States, and provisional application of the Protocol to the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Serbia, of the other part, to take account of the accession of the Republic of Croatia to the European Union
2014/517/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
2014/517/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
ĠU L 233, 6.8.2014, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/517/oj
|
6.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta' April 2014
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
(2014/517/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2),tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u r-Repubblika tal-Kroazja, mar-Repubblika tas-Serbja sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”). |
|
(2) |
Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess u l-Protokoll ġie inizjalat fl-10 ta' Diċembru 2013. |
|
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
|
(4) |
Il-konklużjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
|
(5) |
Il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni u l-Istat Membri tagħha tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/i li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, skont l-Artikolu 14 tiegħu, mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON