This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0508
Council Decision 2014/508/CFSP of 30 July 2014 amending Decision 2014/145/CFSP concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/508/PESK tat- 30 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/508/PESK tat- 30 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
ĠU L 226, 30.7.2014, p. 23–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 226/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/508/PESK
tat-30 ta' Lulju 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness għad-Deċizjoni 2014/145/PESK. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
ANNESS
LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
Individwi
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
1. |
Alexey Alexeyevich GROMOV
|
Imwieled fil-31.5.1960 f'Zagorsk (Sergiev Posad) |
Bħala l-ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, huwa responsabbli mill-għoti ta' struzzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni Russi biex jieħdu pożizzjoni favorevoli mas-separatisti fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea, u b'hekk jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina tal-Lvant u l-annessjoni tal-Krimea. |
30.7.2014 |
2. |
Oksana TCHIGRINA Оксана Чигрина |
|
Kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta' ajruplan militari Ukrain, it-teħid ta' ostaġġi, l-attivitajiet ta' ġlied mill-gruppi armati illegali li bħala konsegwenza dgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukraina. |
30.7.2014 |
3. |
Boris LITVINOV Борис Литвинов |
|
Sa mit-22 ta' Lulju, president tal-hekk imsejjaħ “Kunsill Suprem” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” li minnu oriġinaw politiki u l-organizzazzjoni tar-referendum illegali li wasslu għall-proklamazzjoni tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, li kkostitwixxiet ksur tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukraina. |
30.7.2014 |
4. |
Sergey ABISOV
|
Imwieled fis-27.11.1967 |
Billi aċċetta l-ħatra tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Intern tar-Repubblika tal-Krimea” mill-President tar-Russja (digriet Nru 301) fil-5 ta' Mejju 2014 u bl-azzjonijiet tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Intern” huwa dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukraina. |
30.7.2014 |
5 |
Arkady Romanovich ROTENBERG
|
Imwieled fil-15.12.1951 f'Leningrad (San Pietruburgu) |
Is-Sur Rotenberg ilu jaf għal żmien twil lill-President Putin u kien jipprattika l-judo miegħu. Huwa stagħna matul it-tmexxija tal-President Putin. Huwa kien iffavorit mill-persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-għoti ta' kuntratti importanti mill-Istat Russu jew minn intrapriżi tal-Istat. Il-kumpanniji tiegħu ingħataw diversi kuntratti vantaġġużi ħafna għat-tħejjijiet tal-Logħob Olimpiku ta' Sochi. Huwa azzjonist ewlieni ta' Giprotransmost, kumpannija li rċeviet kuntratt ta' akkwist pubbliku minn kumpannija proprjetà tal-Istat Russu biex tagħmel l-istudju ta' fattibbiltà tal-bini ta' pont mir-Russja għar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment, u għalhekk ġiet ikkonsolidata l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa, li b'hekk idgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukraina. |
30.7.2014 |
6. |
Konstantin Valerevich MALOFEEV Константин Валерьевич Малофеев |
Imwieled fit-03.7.1974 f'Puschino |
Is-Sur Malofeev għandu rabtiet mill-qrib ma' separatisti Ukraini fil-Lvant tal-Ukraina u l-Krimea. Kien jimpjega lis-Sur Borodai, l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” u ltaqa' mas-Sur Aksyonov, l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, matul il-perijodu tal-proċess tal-annessjoni tal-Krimea. Il-Gvern Ukrain fetaħ investigazzjoni kriminali dwar l-allegat appoġġ materjali u finanzjarju tiegħu lis-separatisti. Barra minn hekk, huwa għamel numru ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u l-inkorporazzjoni tal-Ukraina fir-Russja u b'mod partikolari f'Ġunju 2014 iddikjara li “Ma tistax tinkorpora l-Ukraina kollha kemm hi fir-Russja. Forsi l-Lvant (tal-Ukraina)”. Għalhekk is-Sur Malofeev qed jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal- Lvant tal-Ukraina. |
30.7.2014 |
7. |
Yuriy Valentinovich KOVALCHUK Юрий Валентинович Ковальчук |
Imwieled fil- 25.7.1951 f'Leningrad (San Pietruburgu) |
Is-Sur Kovalchuk ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofondatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' flimkien grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin. Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa l-president u l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 38 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il- Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa. Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin- National Media Group li min-naħa tiegħu jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politiki tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. |
30.7.2014 |
8. |
Nikolay Terentievich SHAMALOV Николай Терентьевич Шамалов |
Imwieled fl-24.1.1950 |
Is-Sur Shamalov ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofundatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' flimkien grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin. Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa l-president u t-tieni l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 10 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il- Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa. Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin- National Media Group li min-naħa tiegħu jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politiki tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. |
30.7.2014 |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
1. |
JOINT-STOCK COMPANY CONCERN ALMAZ-ANTEY (magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY CORP; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY DEFENSE CORPORATION; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY JSC),
|
41 ul.Vereiskaya, Moscow 121471, Russia; Website: almaz-antey.ru; Indirizz Elettroniku antey@almaz-antey.ru |
Almaz-Antei hija kumpannija Russa proprjetà tal-Istat. Timmanifattura armi kontra l-inġenji tal-ajru inkluż missili mill-art għall-ajru li hija tforni lill-armata Russa. L-awtoritajiet Russi kienu qegħdin ifornu lis-separatisti tal-Lvant tal-Ukraina b'armamenti tqal, li kkontribwew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. Dawn l-armi jintużaw mis-separatisti, inkluż għat-twaqqigħ ta' ajruplani. Għalhekk, bħala kumpannija proprjetà tal-Istat, Almaz-Antei tikkontribwixxi għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. |
30.7.2014 |
2. |
DOBROLET magħrufa ukoll bħala DOBROLYOT Добролет/Добролёт |
Kodiċi tal-linja tal-ajru QD International Highway, House 31, building 1, 141411 Moscow 141411, Москва г, Международное ш, дом 31, строение 1 Website: www.dobrolet.com |
Dobrolet hija sussidjarja ta' linja tal-ajru proprjetà tal-istat Russu. Sa mill-annessjoni illegali tal-Krimea, Dobrolet sa issa ħaddmet titjiriet esklużivament bejn Moska u Simferopol. Għalhekk, hija tiffaċilita l-integrazzjoni tal-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa u ddgħajjef is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina. |
30.7.2014 |
3. |
RUSSIAN NATIONAL COMMERCIAL BANK
|
License of the Central Bank of Russia No. 1354 Russian Federation, 127 030 Moscow, Krasnoproletarskaya street 9/5. |
Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, ir-Russian National Commercial Bank (RNCB) sar proprjetà totali tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Sar attur dominanti fis-suq, meta qabel l-annessjoni ma kellu l-ebda preżenza fil-Krimea. Billi xtara jew ħa pussess ta' fergħat ta' banek li rtiraw l-operazzjonijiet tagħhom fil-Krimea, l-RNCB appoġġa materjalment u finanzjarjament l-azzjonijiet tal-gvern Russu biex jintegra l-Krimea fil-Federazzjoni Russa, u b'hekk dgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukraina. |
30.7.2014 |