Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0490

    2014/490/UE: Deċiżjoni Nru 2 tal-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji tal- 21 ta' Mejju 2014 rigward it-talba tar-Repubblika tal-Moldova biex issir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

    ĠU L 217, 23.7.2014, p. 88–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 217, 23.7.2014, p. 53–54 (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/490/oj

    23.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 217/88


    DEĊIŻJONI Nru 2 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KONVENZJONI REĠJONALI DWAR IR-REGOLI PREFERENZJALI TAL-ORIĠINI PAN-EWRO-MEDITERRANJI

    tal-21 ta' Mejju 2014

    rigward it-talba tar-Repubblika tal-Moldova biex issir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

    (2014/490/UE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1),

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) jistipula li parti terza tista' ssir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni, dment li l-pajjiż jew territorju kandidat ikollu fis-seħħ ftehim dwar il-kummerċ ħieles, li jkun jipprovdi għal regoli preferenzjali tal-oriġini, ma' mill-inqas waħda mill-Partijiet Kontraenti.

    (2)

    Ir-Repubblika tal-Moldova ssottomettiet talba bil-miktub għall-adeżjoni mal-Konvenzjoni lid-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-17 ta' Lulju 2013.

    (3)

    Ir-Repubblika tal-Moldova hija membru tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali bejn l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzergovina, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro, is-Serbja, u l-Kosovo (2). Konsegwentement, ir-Repubblika tal-Moldova għandha ftehim dwar il-kummerċ ħieles fis-seħħ ma' sitt Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni u tikkonforma mal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni biex issir Parti Kontraenti.

    (4)

    L-Artikolu 4(3)(b) tal-Konvenzjoni jipprovdi li l-Kumitat Konġunt jadotta permezz ta' deċiżjoni stediniet lil partijiet terzi biex jaderixxu ma' din il-Konvenzjoni,

    (5)

    Il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għarrfu lis-segretarjat tal-Kumitat Konġunt li ma rnexxilhomx ilestu l-proċeduri interni tagħhom qabel il-laqgħa tal-21 ta' Mejju u li, skont l-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni, l-aċċettazzjoni tagħhom tad-deċiżjoni f'dik il-laqgħa hija soġġetta għat-tlestija ta' dawn il-proċeduri,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika tal-Moldova se tkun mistiedna biex taderixxi mal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2014.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Mejju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-President

    P.-J. LARRIEU


    (1)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

    (2)  Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma' UNSCR 1244(1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.


    Top