Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0488

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/488/PESK tat- 22 ta' Lulju 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    ĠU L 217, 23.7.2014, p. 49–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/07/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/488/oj

    23.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 217/49


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/488/PESK

    tat-22 ta' Lulju 2014

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu.

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK

    (2)

    Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, tliet persuni u disa' entitajiet għandhom jinżiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


    ANNESS

    Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

    A.   Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    180.

    Hashim Anwar al-Aqqad magħruf ukoll bħala Hashem Aqqad, Hashem Akkad, Hashim Akkad

    Data tat-twelid 1961

    Mohagirine, Syria.

    Negozjant prominenti, president ta' Akkad Group of companies li jopera f'diversi setturi tal-ekonomija Sirjana, inklużi ż-żejt u l-gass. Jipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u jibbenefika minnu.

    23.7.2014

    181.

    Kurunell Suhayl Hasan magħruf ukoll bħala Kurunell Suhayl al-Hasan, “al-Nimir”/“The Tiger”, Sohail Hassan, Sohail al-Hassan, Suhail Hassan, Tenent Kurunell Suhayl Hassan, Brigadier Ġeneral Suhayl Hasan

     

    Kmandant militari għar-reġim Sirjan, responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili; jappoġġa lir-reġim.

    23.7.2014

    182.

    Amr Armanazi magħruf ukoll bħala Amr Muhammad Najib Al-Armanazi, Amr Najib Armanazi, Amrou Al-Armanazy

    Data tat-twelid 7 ta' Frar 1944.

    Direttur Ġenerali ta' Syrian Scientific Studies and Research Centre (SSRC), responsabbli biex jipprovdi appoġġ lill-armata Sirjana għall-akkwist ta' tagħmir użat direttament għas-sorveljanza u r-repressjoni tad-dimostranti.

    Responabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili; jappoġġa lir-reġim.

    23.7.2014

    B.   Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    54

    Oceans Petroleum Trading. magħrufa wkoll bħala Overseas Petroleum Tradeing (SAL), Overseas Petroleum Company.

    Dunant Street, Snoubra Sector, Beirut, Lebanon.

    Tipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u tibbenefika mir-reġim billi torganizza vjeġġi taż-żejt bil-moħbi lir-reġim Sirjan.

    23.7.2014

    55

    Tri Oceans Trading

    35b Saray El Maadi Tower, Corniche El Nile, Cairo, Egypt, Postal Code 11431 P.O. Box: 1313 Maadi

    Tipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u tibbenefika mir-reġim billi torganizza vjeġġi taż-żejt bil-moħbi lir-reġim Sirjan.

    23.7.2014

    56

    Baniyas Refinery Company magħrufa wkoll bħala Banias, Banyas.

    Banias Refinery Building, 26 Latkia Main Road, Tartous, P.O. Box 26, Syria.

    Kumpannija sussidjarja ta' General Corporation for Refining and Distribution of Petroleum Products (GCRDPP), taqsima mill-Ministeru għaż-Żejt mhux Maħdum u r-Riżorsi Minerali. Fil-fatt hija tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

    23.7.2014

    57

    Homs Refinery Company. magħrufa wkoll bħala Hims, General Company for Homs Refinery.

    General Company for Homs Refinery Building, 352 Tripoli Street, Homs, P.O. Box 352, Syria.

    Kumpannija sussidjarja ta' General Corporation for Refining and Distribution of Petroleum Products (GCRDPP), taqsima mill-Ministeru għaż-Żejt mhux Maħdum u r-Riżorsi Minerali. Fil-fatt hija tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

    23.7.2014

    58

    Army Supply Bureau

    PO Box 3361, Damascus

    Involut fl-akkwist ta' tagħmir militari b'appoġġ għar-reġim, u għalhekk responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Fergħa tal-Ministeru tad-Difiża Sirjan.

    23.7.2014

    59

    Industrial Establishment of Defence. magħrufa wkoll bħala Industrial Establishment of Defense (IED), Industrial Establishment for Defence, Defence Factories Establishment, Establissements Industriels de la Defense (EID), Establissement Industrial de la Defence (ETINDE), Coefficient Defense Foundation.

    Al Thawraa Street, P.O. Box 2330 Damascas, jew Al-Hameh, Damascas Countryside, P.O. Box 2230.

    Involuta fl-akkwist ta' tagħmir militari b'appoġġ għar-reġim, u għalhekk responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Fergħa tal-Ministeru tad-Difiża Sirjan.

    23.7.2014

    60

    Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HISAT)

    P.O. Box 31983, Barzeh

    Affilijat u sussidjarju ta' Syrian Scientific Studies and Research Centre (SSRC) li huwa diġà elenkat. Jipprovdi taħriġ u appoġġ lil SSRC u għalhekk huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili.

    23.7.2014

    61

    National Standards & Calibration Laboratory (NSCL)

    P.O. Box 4470 Damascus

    Affilijat u sussidjarju ta' Syrian Scientific Studies and Research Centre (SSRC) li huwa diġà elenkat. Jipprovdi taħriġ u appoġġ lil SSRC u għalhekk huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili.

    23.7.2014

    62

    El Jazireh magħrufa wkoll bħala Al Jazerra

    Shaheen Building, 2nd floor, Sami el Solh, Beyrouth; settur tal-idrokarburi

    Proprjetà ta'Ayman Jaber u hija kkontrollata minnu; li għalhekk huwa assoċjat ma' persuna elenkata.

    23.7.2014


    Top