This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0424
2014/424/EU: Commission Implementing Decision of 1 July 2014 authorising the placing on the market of rapeseed protein as a novel food ingredient under Regulation (EC) No 258/97 of the European Parliament and of the Council (notified under document C(2014) 4256)
2014/424/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta' Lulju 2014 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-proteina taż-żerriegħa tal-kolza bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2014) 4256)
2014/424/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta' Lulju 2014 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-proteina taż-żerriegħa tal-kolza bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2014) 4256)
ĠU L 196, 3.7.2014, pp. 27–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
3.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/27 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta' Lulju 2014
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-proteina taż-żerriegħa tal-kolza bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2014) 4256)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(2014/424/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta' Ġunju 2012, il-kumpanija Helm AG ressqet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda biex tqiegħed fis-suq il-proteina taż-żerriegħa tal-kolza bħala ingredjent ġdid tal-ikel. Il-proteina taż-żerriegħa tal-kolza hija maħsuba biex tintuża bħala sors ta' proteina veġetali fl-ikel, ħlief fil-formulae tat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment. Fit-18 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni ġiet innotifikata li Siebte PMI Verwaltungs GmbH kienet kisbet id-drittijiet għat-talba pendenti. |
|
(2) |
Fis-17 ta' Settembru 2012, il-korp kompetenti fl-Irlanda għall-valutazzjoni tal-ikel ħareġ ir-rapport inizjali tal-valutazzjoni tiegħu. F'dak ir-rapport wasal għall-konklużjoni li l-proteina taż-żerriegħa tal-kolza tissodisfa l-kriterji bħala ikel ġdid kif stipulat fl- Artikolu 3(1) tar- Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(3) |
Fl-4 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. |
|
(4) |
Tressqu oġġezzjonijiet motivati fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(5) |
Fl-14 ta' Frar 2013 il-Kummissjoni kkonsultat mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fejn talbet lill-Awtorità biex twettaq valutazzjoni oħra għall-proteina taż-żerriegħa tal-kolza bħala ingredjent tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(6) |
Fl-10 ta' Ottubru 2013, fid-dokument tagħha “Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza ta' ‘Iżolat ta' proteina taż-żerriegħa tal-kolza’ bħala ingredjent ġdid tal-ikel” (2), l-EFSA kkonkludiet li l-proteina taż-żerriegħa tal-kolza ma tippreżenta l-ebda periklu bħala proteina miżjuda mal-ikel. Madankollu, innutat ukoll li r-riskju ta' sensitizzazzjoni għaż-żerriegħa tal-kolza ma jistax jiġi eskluż u li huwa probabbli li ż-żerriegħa tal-kolza tikkawża reazzjonijiet allerġiċi f'nies li huma allerġiċi għall-mustarda. |
|
(7) |
Għalhekk, l-opinjoni tagħti raġunijiet suffiċjenti biex jiġi stabbilit li l-proteina taż-żerriegħa tal-kolza bħala ingredjent ġdid tal-ikel tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, diment li t-tikkettar tal-ikel li jkun fih il-proteina taż-żerriegħa tal-kolza bħala ingredjent tal-ikel isir b'tali mod li jippermetti li l-persuni li huma allerġiċi għall-mustarda jevitaw il-konsum ta' dak l-ikel. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proteina taż-żerriegħa tal-kolza speċifikata fl-Anness tista' titqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel.
Artikolu 2
Id-deżinjazzjoni tal-proteina taż-żerriegħa tal-kolza awtorizzata b'din id-Deċiżjoni fuq it-tikketti tal-oġġetti tal-ikel li tkun tinsab fihom għandha tkun “il-proteina taż-żerriegħa tal-kolza”.
Artikolu 3
It-tikkettar fuq kull oġġett tal-ikel li jkun fih il-proteina taż-żerriegħa tal-kolza għandu jkollu stqarrija ċara u viżibbli faċilment li tgħid li l-prodott fih “il-proteina taż-żerriegħa tal-kolza” bħala ingredjent tal-ikel li jista' jikkawża reazzjoni allerġika lill-konsumaturi li huma allerġiċi għall-mustarda u għall-prodotti tagħha. Fejn ikun rilevanti, din id-dikjarazzjoni għandha tidher qrib il-lista tal-ingredjenti.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Siebte PMI Verwaltungs GmbH, Neuer Jungfernstieg 5, 20354 Hamburg, il-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(2) The EFSA Journal 2013; 11(10):3420.
ANNESS
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PROTEINA TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-KOLZA
Definizzjoni : Il-proteina tal-kolza hija estratt milwiem rikk fil-proteini minn pasta tal-kolza li toriġina mill-Brassica napus L. u l-Brassica rapa L. mhux ġenetikament modifikati.
Deskrizzjoni : Trab imnixxef bl-isprejjar, ta' lewn abjad jew abjad jagħti fl-isfar
|
Ammont totali ta' proteina |
Mhux anqas minn 90 % |
|
Proteina solubbli |
Mhux anqas minn 85 % |
|
Umdità |
Mhux iktar minn 7 % |
|
Karboidrati |
Mhux iktar minn 7 % |
|
Xaħam |
Mhux iktar minn 2 % |
|
Irmied |
Mhux iktar minn 4 % |
|
Fibra |
Mhux iktar minn 0,5 % |
|
Ammont totali ta' glukosinolati |
Mhux iktar minn 1 mmol/l |
Purità :
|
Ammont totali ta' fitat |
Mhux iktar minn 1,5 % |
|
Ċomb |
Mhux iktar minn 0,5 mg/kg |
Kriterji mikrobijoloġiċi :
|
Ammont ta' ħmira u moffa |
Mhux aktar minn 100 cfu/g |
|
Ammont ta' batterji aerobiċi |
Mhux aktar minn 10 000 cfu/g |
|
Ammont totali ta' koliformi |
Mhux aktar minn 10 cfu/g |
|
Escherichia coli |
Nieqsa f'10 g |
|
Salmonella spp. |
Nieqsa f'25 g |