EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0409

2014/409/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta' Ġunju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

ĠU L 190, 28.6.2014, p. 78–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/409/oj

28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/78


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Ġunju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

(2014/409/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 46 u 48 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tiegħu.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti rigward il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(4)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE sabiex tinkludi l-kooperazzjoni dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi l-migranti minn pajjiżi terzi.

(5)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014

ta'

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE'”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE sabiex tinkludi l-kooperazzjoni rigward il-moviment ħieles tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi l-migranti minn pajjiżi terzi,

(2)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż--ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 12:

“13.   Mill-1 ta' Jannar 2014, l-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-intestatura baġitarja li ġejja, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014:

Linja Baġitarja 04 03 01 03: ‘Moviment ħieles tal-ħaddiema, koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi’.”

2.

Fil-paragrafu 5, il-kliem “u fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linji tal-baġit għas-snin finanzjarji 2012 u 2013 imsemmija fil-paragrafu 12 mill-1 ta' Jannar 2012” huma ssostitwiti bil-kliem “, fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linji tal-baġit għas-snin finanzjarji 2012 u 2013 imsemmija fil-paragrafu 12 mill-1 ta' Jannar 2012 u fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linja tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 imsemmija fil-paragrafu 13 mill-1 ta' Jannar 2014”.

3.

Fil-paragrafi 6 u 7, il-kliem “paragrafi 8 u 12” huma sostitwiti bil-kliem “il-paragrafi 8, 12 u 13”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*).

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(*)  [Mhuwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


Top