This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0407
2014/407/EU: Council Decision of 20 June 2014 abrogating Decision 2010/287/EU on the existence of an excessive deficit in the Netherlands
2014/407/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta' Ġunju 2014 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/287/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fil-Pajjiżi l-Baxxi
2014/407/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta' Ġunju 2014 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/287/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fil-Pajjiżi l-Baxxi
ĠU L 190, 28.6.2014, p. 73–75
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/73 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Ġunju 2014
li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/287/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fil-Pajjiżi l-Baxxi
(2014/407/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-2 ta' Diċembru 2009, wara li saret rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda, fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/287/UE (1), li fil-Pajjiżi l-Baxxi kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ppjanat għall-2009 kien ta' 4,8 % tal-PDG, u għalhekk iktar mill-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li d-dejn pubbliku gross kien ippjanat li jilħaq id-59,7 % tal-PDG fl-2009, u b'hekk iktar mill-valur ta' referenza ta' 60 % tal-PDG skont it-Trattat. Id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika għall-2009 ġew irreveduti sussegwentement għal 5,6 % u 60,8 % tal-PDG rispettivament. |
(2) |
Fit-2 ta' Diċembru 2009, skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2), il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, bagħat Rakkomandazzjoni lill-Pajjiżi l-Baxxi bil-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2013. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata. |
(3) |
Fil-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill qies li l-Pajjiżi l-Baxxi kienu ħadu azzjoni effiċjenti bi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009 skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat, u li ċerti avvenimenti ekonomiċi negattivi u mhux mistennija b'konsegwenzi ta' żvantaġġ kbir għall-finanzi tal-gvern kienu saru wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni oriġinali. Għaldaqstant, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni qies li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 kienu sodisfatti, u b'hekk setgħet tinħareġ Rakkomandazzjoni ġdida lill-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat, bil-għan li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2014. Ir-Rakkomandazzjoni l-ġdida tal-Kunsill ġiet ippubblikata. |
(4) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern tagħhom kif ukoll dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (3). |
(5) |
Meta jiġi biex jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandhiex tiġi revokata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni abbażi tad-dejta notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata biss jekk it-tbassir tal-Kummissjoni jindika li d-defiċit ma jaqbiżx il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG matul il-perjodu ta' tbassir (4). |
(6) |
Abbażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 wara n-notifika mill-Pajjiżi l-Baxxi qabel l-1 ta' April 2014, u abbażi tal-Programm ta' Stabbiltà tal-2014 u t-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:
|
(7) |
Mill-2014, li hija s-sena ta' wara dik li fiha saret il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, il-Pajjiżi l-Baxxi huma soġġetti għall-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u għandhom jimxu lejn l-MTO tagħhom b'pass xieraq, filwaqt li jirrispettaw il-livell ta' referenza tal-infiq, u għandhom jagħmlu progress biżżejjed lejn il-konformità mal-kriterju tad-dejn skont l-Artikolu 2(1a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 ta' Lulju 1997. |
(8) |
Skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat. |
(9) |
Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fil-Pajjiżi l-Baxxi ġie kkoreġut u d-Deċiżjoni 2010/287/UE għalhekk għandha tiġi revokata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fil-Pajjiżi l-Baxxi ġiet ikkorreġuta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/287/UE hija b'dan revokata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. A. HARDOUVELIS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/287/UE tat-2 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fil-Pajjiżi l-Baxxi (ĠU L 125, 21.5.2010, p. 42).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).
(4) B'konformità mal-“Ispeċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar il-format u l-kontenut ta' Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza”, tat-3 ta' Settembru 2012. Ara: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf
(5) Id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika fl-2013 kien influwenzat b'mod sinifikanti min-nazzjonalizzazzjoni ta' SNS Reaal, li skont l-aktar valutazzjoni riċenti minn Statistics Netherlands (CBS), hija preżunta li ma kellha l-ebda impatt fuq ir-riżultat tad-defiċit, iżda deċiżjoni aħħarija dwar il-klassifikazzjoni mill-Eurostat għadha pendenti. Abbażi tat-tagħrif disponibbli bħalissa, l-impatt seta' kien żieda fid-defiċit ta' mhux aktar minn 0,3 % tal-PDG.