This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0376
Council Decision No 376/2014/EU of 12 June 2014 authorising Portugal to apply a reduced rate of excise duty in the autonomous region of Madeira on locally produced and consumed rum and liqueurs and in the autonomous region of the Azores on locally produced and consumed liqueurs and eaux-de-vie
Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 376/2014/UE tat- 12 ta' Ġunju 2014 li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fir-rigward ta' rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fir-rigward ta' likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment
Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 376/2014/UE tat- 12 ta' Ġunju 2014 li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fir-rigward ta' rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fir-rigward ta' likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment
ĠU L 182, 21.6.2014, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020
21.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 376/2014/UE
tat-12 ta' Ġunju 2014
li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fir-rigward ta' rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fir-rigward ta' likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/831/KE (1), adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 299(2) tat-Trattat tal-KE (issal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), awtorizzat lill-Portugall japplika rata mnaqqsa ta' dazju tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fuq rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fir-rigward ta' likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment, li tista' tkun anqas mir-rata minima tad-dazju tas-sisa stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE (2) iżda ta' mhux aktar minn 75 % inqas mir-rata tad-dazju tas-sisa normali nazzjonali fuq l-alkoħol. |
(2) |
Fit-30 ta' Lulju 2013, l-awtoritajiet Portugiżi talbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li testendi d-Deċiżjoni 2009/831/KE, taħt l-istess kundizzjonijiet, sal-31 ta' Diċembru 2020. Din it-talba kienet immodifikata fid-19 ta' Novembru 2013, meta l-Portugall talab estensjoni tad-Deċiżjoni 2009/831/KE għal sitt xhur sat-30 ta' Ġunju 2014 biex tikkoinċidi mal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali attwali li tkun segwita minn estensjoni ġdida li tkopri l-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020. |
(3) |
L-għoti tal-awtorizzazzjoni l-ġdida huwa ġġustifikat sabiex ikun evitat li jitpoġġa fil-periklu l-iżvilupp ta' dawk ir-reġjuni ultra-periferiċi. Minħabba li dawn ir-reġjuni iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet biex jesportaw 'il barra mit-territorju tagħhom, dawk il-prodotti jistgħu jinbigħu biss fis-swieq reġjonali. |
(4) |
Fir-reġjuni awtonomi tal-Ażores u Madejra, materjali mhux ipproċessati ta' oriġini agrikolu huma ogħla milli kienu jkunu taħt kundizzjonijiet ta' produzzjoni normali, minħabba d-daqs żgħir, in-natura fframmentata u l-mekkanizzazzjoni baxxa tal-impriżi agrikoli. Fil-każ tal-Madejra, barra minn hekk, l-eżitu mill-ipproċessar tal-kannamieli huwa inqas minn dak ta' reġjuni ultra-periferiċi oħra, minħabba t-topografija, il-klima, il-ħamrija u l-produzzjoni artiġjanali. It-trasport lejn il-ġżejjer ta' ċerti materjali mhux ipproċessati u ta' imballaġġ li ma ġewx prodotti lokalment iwassal għal spejjeż addizzjonali, meta mqabbel mat-trasport tal-prodott finali biss. Fil-każ tal-Ażores, l-insularità hija doppja, peress li l-gżejjer huma mifruxin fuq żona kbira. It-trasport u l-installazzjoni tat-tagħmir f'dawk ir-reġjuni mbegħdin u insulari jkomplu jżidu l-ispejjeż addizzjonali. L-istess japplika għal ċerti żjarat u konsenji minn fuq il-baħar neċessarji lejn l-art prinċipali. Jinqalgħu wkoll spejjeż addizzjonali għall-ħażna tal-prodotti finali minħabba li l-konsum lokali mhuwiex kapaċi jassorbi l-produzzjoni hekk kif din isseħħ, iżda jsir gradwalment matul is-sena. Iċ-ċokon tas-suq reġjonali jżid l-ispejjeż għal kull unità f'diversi modi, notevolment permezz ta' relazzjonijiet mhux favorevoli bejn l-ispejjeż fissi u l-eżitu, kemm fir-rigward tat-tagħmir kif ukoll tal-ispejjeż li jridu jsiru biex jintlaħħqu n-normi ambjentali. Barra minn hekk, il-produtturi tar-rum fil-Madejra huma obbligati li jittrattaw l-iskart li jirriżulta mill-ipproċessar tal-kannamieli, filwaqt li produtturi li jinsabu f'reġjuni oħra jistgħu jirreċiklaw dawk il-prodotti. Fl-aħħar nett, il-produtturi kkonċernati jħallsu wkoll spejjeż żejda li ġeneralment ibatu l-ekonomiji lokali, b'mod partikolari, żieda fi spejjeż marbutin max-xogħol u mal-enerġija. |
(5) |
Il-kalkoli ddettaljati provduti fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/831/KE jikkonfermaw li t-tnaqqis ta' 75 % tar-rata tad-dazju tas-sisa ma jpattix kompletament għall-iżvantaġġ kompetittiv li x-xorb alkoħoliku ddistillat prodott fil-Madejra u l-Ażores jiffaċċjaw bħala riżultat ta' spejjeż ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni ogħla. Għalhekk, it-tnaqqis fir-rata tad-dazju tas-sisa għandu jibqa' jkun awtorizzat fil-livell mitlub. |
(6) |
Analiżi akkurata tas-sitwazzjoni tikkonferma li huwa essenzjali li t-talba tal-Portugall tintlaqa' sabiex jiġi żgurat li l-industrija tal-alkoħol tinżamm vijabbli fir-reġjuni ultra-periferiċi. |
(7) |
Ladarba l-vantaġġ fit-taxxa huwa limitat għal dak li huwa neċessarju biex ipatti għall-ispejjeż addizzjonali u peress li l-volumi kkonċernati huma modesti u l-vantaġġ fit-taxxa huwa limitat għall-konsum fir-reġjuni kkonċernati, il-miżura ma' tpoġġix fil-periklu l-integrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni. |
(8) |
Il-preżentazzjoni ta' rapport intermedju għandha tintalab, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' teżamina jekk il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw l-għotja ta' deroga bħal din għadhomx relevanti. |
(9) |
Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 110 tat-TFUE, il-Portugall b'dan huwa awtorizzat li japplika rata tad-dazju tas-sisa aktar baxxa mir-rata massima imposta fuq l-alkoħol stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE fir-reġjun awtonomu tal-Madejra, fir-rigward ta' likuri u rum prodotti u kkonsmati lokalment, u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores, fir-rigward ta' likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment.
Artikolu 2
Id-deroga msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun limitata:
1. |
fil-Madejra
|
2. |
fl-Ażores
|
Artikolu 3
Ir-rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa applikabbli fir-rigward ta' dawn il-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 tista' tkun anqas mir-rata minima tas-sisa fuq l-akoħol stipulata mid-Direttiva 92/84/KEE, iżda ma tistax tkun iktar minn 75 % inqas mid-dazju tas-sisa nazzjonali normali fuq l-akoħol.
Artikolu 4
Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2017, il-Portugall għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni biex tkun tista' tevalwa jekk ir-raġunijiet li ġġustifikaw l-għotja tar-rata mnaqqsa għadhomx jeżistu.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
Y. MANIATIS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/831/KE tal-10 ta' Novembru 2009 li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fuq rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fuq likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment (ĠU L 297, 13.11.2009, p. 9).
(2) Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tad-dazju tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 29).
(3) Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).