This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0369
2014/369/EU: Council Decision of 13 May 2014 on the conclusion, on behalf of the European Union, of the Protocol between the European Union and the Union of the Comoros setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement currently in force between the two parties
2014/369/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-tas-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
2014/369/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-tas-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
ĠU L 179, 19.6.2014, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/369/oj
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Mejju 2014
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-tas-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
(2014/369/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta' Ottubur 2006, il-Kunsill approva l-Ftehim ta' Sħubija fis-tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta' Sħubija”) permezz tad-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1563/2006 (1). |
(2) |
L-Unjoni Ewropea nnegozjat protokoll ġdid għal dan il-Ftehim ta' Sħubija mal-Unjoni tal-Komoros li jagħti opportunitajiet ta' sajd lil bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Komoros. |
(3) |
Dan il-Protokoll il-ġdid ġie ffirmat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/786/UE (2) u japplika provviżorjament mill-1 ta' Jannar 2014. |
(4) |
Huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea li timplimenta l-Ftehim ta' sħubija, permezz ta' Protokoll li jistabbilixxi l-possibbiltajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja relatata u li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet tal-promozzjoni ta' sajd responsabbli u sostenibbli fl-ilmijiet tal-Komoros. |
(5) |
Il-Ftehim ta' Sħubija jistabbilixxi Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Barra minn hekk, f'konformità mal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċerti modifiki għall-Protokoll. Sabiex tkun iffaċilitata l-approvazzjoni ta' dawn il-modifiki, huwa adatt li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, soġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi, biex tapprovahom skont proċedura ssimplifikata. |
(6) |
Huwa xieraq li dan il-Protokoll il-ġdid jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll”) huwa approvat f'isem l-Unjoni Ewropea (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f'isem l-Unjoni Ewropea, bin-notifika prevista fl-Artikolu 14 tal-Protokoll.
Artikolu 3
Soġġett għad-dispożizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, il-modifiki għall-Protokoll fil-Kumitat Konġunt.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
E. VENIZELOS
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1563/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (ĠU L 290, 20.10.2006. p. 6).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/786/UE tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar il-firma, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l- applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis- settur tas-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 4).
(3) Il-protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 349, 21.12.2013, p. 5 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.
ANNESS
Ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt
1. |
Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mal-Unjoni tal-Komoros u, fejn adatt u, sakemm tkun konformi mal-paragrafu 3 ta' dan l-Anness, taqbel dwar il-modifiki għall-Protokoll fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Fil-Kumitat Konġunt stabbilit bis-saħħa tal-Ftehim ta' Sħubija, l-Unjoni Ewropea għandha:
|
3. |
Meta deċiżjoni dwar il-modifiki għall-Protokoll msemmija fil-paragrafu 1 hija prevista li tiġi adottata waqt Laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni Ewropea tieħu kont tal-informazzjoni l-aktar reċenti dwar l-istatistika, dik bijoloġika u informazzjoni rilevanti oħra mibgħuta lill-Kummissjoni. Għal dan il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-pożizzjoni proposta tal-Unjoni Ewropea għandu jintbagħat mis-servizzi tal-Kummissjoni, fi żmien suffiċjenti qabel il-Laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu għall-kunsiderazzjoni u l-approvazzjoni. Fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), l-approvazzjoni tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni Ewropea mill-Kunsill teħtieġ maġġoranza kwalifikata ta' voti. Fil-każi l-oħra, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea prevista fid-dokument preparatorju għandha titqies li ntlaħaq qbil dwarha, sakemm numru ta' Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka ma joġġezzjonax waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien 20 ġurnata minn meta jkun wasal id-dokument preparatorju, skont liema tiġri l-ewwel. Fil-każ ta' tali oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tiġi rreferuta lill-Kunsill. Jekk, matul laqgħat ulterjuri, inkluż dawk fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea tieħu kont ta' elementi ġodda, il-kwistjoni għandha tiġi rreferuta lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu. Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu kull pass meħtieġ, fi żmien debitu, bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn adatt, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni. |