Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0367

2014/367/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fir-rigward tad-data stipulata fl-Artikolu 21(3) sa meta l-Istati Membri huma awtorizzati jestendu l-validità tad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-patata taż-żrigħ minn pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument C(2014) 3877) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 178, 18.6.2014, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/367/oj

18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/26


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Ġunju 2014

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fir-rigward tad-data stipulata fl-Artikolu 21(3) sa meta l-Istati Membri huma awtorizzati jestendu l-validità tad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-patata taż-żrigħ minn pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument C(2014) 3877)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/367/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żrigħ (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/56/KE tistipula li, b'effett minn ċerti dati, l-Istati Membri ma jistgħux ikomplu jiddeterminaw għalihom infushom l-ekwivalenza ta' patata taż-żrigħ li tkun ġejja minn pajjiżi terzi għal dik li tkun ġejja mill-Unjoni u li tkun f'konformità ma' dik id-Direttiva.

(2)

Madankollu, billi għadha ma tlestietx il-ħidma għat-twaqqif ta' ekwivalenza tal-Unjoni għall-patata taż-żrigħ mill-pajjiżi terzi kollha kkonċernati, id-Direttiva 2002/56/KE ppermettiet li l-Istati Membri jestendu, sal-31 ta' Marzu 2014, il-validità tad-deċiżjonijiet ta' ekwivalenza li kienu diġà ħadu għall-patata taż-żrigħ minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti minn ekwivalenza tal-Unjoni. Din id-data ntgħażlet b'referenza għat-tmiem tal-perjodu fejn il-patata taż-żrigħ titqiegħed fis-suq.

(3)

Billi dan ix-xogħol għadu ma tlestiex u sal-aħħar tal-2014 se jibda staġun tas-suq ġdid, huwa meħtieġ li tkun estiża l-validità tad-deċiżjonijiet ta' ekwivalenza nazzjonali tal-Istati Membri.

(4)

Id-Direttiva 2002/56/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal Propagattiv għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2002/56/KE, “il-31 ta' Marzu 2014” tinbidel għal “il-31 ta' Marzu 2017”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.


Top