Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0347

    2014/347/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta' Frar 2014 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni

    ĠU L 174, 13.6.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/347/oj

    Related international agreement

    13.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 174/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-20 ta' Frar 2014

    dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni

    (2014/347/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 114, 168, 169 u 172, l-Artikolu 173(3), u l-Artikoli 188 u 192, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/777/UE (1), il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni (2) (“il-Protokoll”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fis-17 ta' Diċembru 2012.

    (2)

    Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni permezz ta' dan qiegħed jiġi approvat f'isem l-Unjoni.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 10 tal-Protokoll (3).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. HATZIDAKIS


    (1)  ĠU L 340, 13.12.2012, p. 26.

    (2)  Ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top