This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0317
2014/317/Euratom: Council Decision of 15 November 2013 approving the conclusion, by the European Commission, on behalf of the European Atomic Energy Community, of the Protocol to the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Albania, of the other part, to take account of the accession of the Republic of Croatia to the European Union
2014/317/Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Novembru 2013 li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
2014/317/Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Novembru 2013 li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
ĠU L 165, 4.6.2014, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Novembru 2013
li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
(2014/317/Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tal-istess Trattat,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta' Settembru 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Albanija sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”). |
(2) |
Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess u l-Protokoll ġie approvat mill-awtoritajiet Albaniżi, permezz ta' skambju ta' ittri fl-1 ta' Awwissu 2013. |
(3) |
Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Protokoll għandha tiġi approvata fir-rigward tal-materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. |
(4) |
L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma soġġetti għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea hija b'dan approvata.
It-test tal-Protokol huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS