Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0310

2014/310/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Mali/1/2014 tas- 26 ta' Mejju 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

ĠU L 164, 3.6.2014, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/01/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/310/oj

3.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUCAP SAHEL MALI/1/2014

tas-26 ta' Mejju 2014

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

(2014/310/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali, (EUCAP Sahel Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Albrecht CONZE bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mis-26 ta' Mejju 2014 sal-14 ta' Jannar 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Albrecht CONZE huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) mis-26 ta' Mejju 2014 sal-14 ta' Jannar 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.


Top