This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0305
2014/305/EU: Council Decision of 9 July 2013 on the conclusion of the Agreement between the European Union and the European Organisation for the Safety of Air Navigation providing a general framework for enhanced cooperation Text with EEA relevance
2014/305/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa Test b'rilevanza għaż-ŻEE
2014/305/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 160, 29.5.2014, pp. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/305/oj
|
29.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Lulju 2013
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/305/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa (“il-Ftehim”). |
|
(2) |
Il-Ftehim ġie ffirmat fl-20 ta' Diċembru 2012 suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard. |
|
(3) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim. |
|
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fil-punt 13.2 tal-Ftehim.
Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-punt 7 tal-Ftehim.
Artikolu 4
1. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Speċjali maħtur mill-Kunsill, għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim u fir-rigward tal-adozzjoni tal-Annessi tal-Ftehim u l-emendi ta' dawn l-Annessi.
2. Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe azzjoni xierqa taħt il-punti 5, 6, 8, 9, 10 u 11 tal-Ftehim.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(1) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 16, 19.1.2013, p. 2, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.