EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0279

2014/279/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' materji relatati mar-riammissjoni

ĠU L 145, 16.5.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/279/oj

16.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Mejju 2014

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' materji relatati mar-riammissjoni

(2014/279/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/40/UE (2), il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fl-10 ta' Mejju 2010, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard.

(2)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(3)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, ħlief l-Artikolu 33(2), relatati mar-riammissjoni, ser ikunu s-suġġetti ta' Deċiżjoni separata (3) li ser tiġi adottata parallelament ma' din id-Deċiżjoni.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, minn naħa oħra, fir-rigward tal-Artikolu 33(2) tiegħu, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandha tippresjedi l-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 44 tal-Ftehim. L-Unjoni jew, kif ikun il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandha tiġi rrappreżentata fil-Kumitat Konġunt skont is-suġġett.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jipproċedu, f'isem l-Unjoni Ewropea, għan-notifika prevista fl-Artikolu 49(1) tal-Ftehim. (5)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Kunsens mogħti fis-16 ta' April 2014 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/40/UE tal-10 ta' Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 20, 23.1.2013, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/278/UE tat-12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 20, 23.1.2013, p. 2, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top