EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0258

2014/258/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUBAM Libya/3/2014 tat- 30 ta' April 2014 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

ĠU L 136, 9.5.2014, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/258/oj

9.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUBAM LIBYA/3/2014

tat-30 ta' April 2014

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

(2014/258/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1),

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya), inkluża d-deċiżjoni biex jaħtar Kap tal-Missjoni fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

(2)

Fl-24 ta' Mejju 2013, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUBAM Libya/1/2013 (2), li taħtar lis-Sur Antti Juhani Hartikainen bħala Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya għall-perjodu bejn it-22 ta' Mejju 2013 u l-21 ta' Mejju 2014.

(3)

Fl-14 ta' April 2014, ir-RGħ ippropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Antti Juhani Hartikainen bħala Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya sal-21 ta' Mejju 2015.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tal-Kurunell Antti Juhani Hartikainen bħala Kap tal-Missjoni EUBAM Libya huwa b'dan estiż sal-21 ta' Mejju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politku u ta' Sigurtà EUBAM LIBYA/1/2013 tal-24 ta' Mejju 2013 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 13).


Top