This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0256
2014/256/EU: Commission Decision of 2 May 2014 establishing the ecological criteria for the award of the EU Ecolabel for converted paper products (notified under document C(2014) 2774) Text with EEA relevance
2014/256/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata (notifikata bid-dokument C(2014) 2774) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
2014/256/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata (notifikata bid-dokument C(2014) 2774) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 135, 8.5.2014, pp. 24–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2020; Imħassar b' 32020D1803 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.
|
8.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta' Mejju 2014
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata
(notifikata bid-dokument C(2014) 2774)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/256/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi tal-prodotti. |
|
(3) |
Billi l-prodotti li għandhom l-aqwa prestazzjoni ambjentali għandhom jiġu prodotti b'inqas rilaxxi ta' sustanzi tossiċi jew ewtrofiċi fl-ilma, il-ħsara ambjentali imnaqqsa jew ir-riskji relatati mal-użu tal-enerġija (tisħin globali, aċidifikazzjoni, eżawriment tal-ożonu, eżawriment ta' riżorsi mhux rinnovabbli), ħsara jew riskji ambjentali mnaqqsa marbutin mal-użu ta' kimiki perikolużi, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta' prodotti “karta ttrasformata”. |
|
(4) |
Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu tal-innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
(1) Il-grupp ta' prodotti ta' “prodott tal-karta ttrasformata” ma għandux jinkludi dawn li ġejjin:
|
(a) |
envelops, u boroż tal-ġarr tal-karta li jikkonsistu f'mill-inqas 90 % bil-piż ta' karti, ta' paperboard jew ta' sottostrati bbażati fuq il-karta |
|
(b) |
prodott tal-karta tal-uffiċju li jikkonsisti f'mill-inqas 70 % bil-piż ta' karta, paperboard jew sottostrati bbażati fuq il-karta, ħlief għal suspension files u fowlders bis-sottokategoriji tal-qafla tal-metall. |
Fil-każ imsemmi fil-punt (b), il-komponent tal-plastik ma jistax jaqbeż 10 % ħlief għal ring binders, pitazzi, kotba tan-noti, djarji u fajls b'lever arch fejn il-piż tal-plastik ma jistax jaqbeż 13 %. Barra minn hekk, il-piż tal-metall ma jistax jaqbeż 30 g għal kull prodott ħlief għal suspension files, fowlders bil-qaflia tal-metall u ring binders fejn dan jista' jitla' sa 50 g u ħlief għal fajls b'lever arch fejn jista' jitla' sa 120 g.
(2) Il-grupp ta' prodotti ta' “prodott tal-karta ttrasformata” ma għandux jinkludi dawn li ġejjin:
|
(a) |
Prodotti tal-karta stampata kif inklużi fl-Ekotikketta tal-UE, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE (2) |
|
(b) |
Prodotti tal-imballaġġ (bl-eċċezzjoni ta' boroż tal-ġarr tal-karta). |
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“Sottostrat ta' board” tfisser paperboard, kartun, jew board, li mhuwiex stampat u mhux ittrasformat, b'piż ta' bażi ogħla minn 400 g/m2; |
|
(2) |
“Oġġetti ta' konsum” tfisser prodotti kimiċi użati waqt il-proċessi tal-istampar, il-kisi u t-tlestija, kapaċi li jiġu kkonsmati, meqruda, dissipati, moħlija jew użati. |
|
(3) |
“Prodott tal-karta ttrasformata” huwa karta, paperboard jew sottostrati bbażati fuq il-karta, kemm stampata kif ukoll mhux stampata, ġeneralment użata biex tipproteġi, tittratta jew taħżen oġġetti u/jew noti, li għaliha l-proċess tal-ittrasformar huwa parti essenzjali mill-proċess tal-produzzjoni, li fih tliet kategoriji prinċipali ta' prodotti: envelops, boroż tal-ġarr tal-karta u prodotti tal-karta tal-uffiċju; |
|
(4) |
“Prodotti tal-karta tal-uffiċju” tinkludi fowlders, binders, kotba tan-noti, pads, notepads, pitazzi, kotba tan-noti bi spiral, kalendarji bl-għata, djarji u folji separati; |
|
(5) |
“Proċess tal-ittrasformar” tfisser proċess fejn materjal jiġi proċessat f'prodott tal-karta ttrasformata. Dan il-proċess jista' jinkludi proċess tal-istampar (proċessi ta' qabel l-istampar, l-istampar u wara l-istampar); |
|
(6) |
“Solventi organiċi aloġenati” tfisser solvent organiku li jkollu fih minn tal-anqas atoma waħda ta' bromin, klorin, fluworin jew jodju għal kull molekula; |
|
(7) |
“Komponenti mhux tal-karta” tfisser il-partijiet kollha ta' prodott tal-karta ttrasformata li ma jikkonsistux f'karta, papaerboard, jew sottostrati bbażati fuq il-karta; |
|
(8) |
“Imballaġġ” tfisser il-prodotti kollha magħmula minn kwalunkwe materjal tkun xi tkun in-natura tiegħu, sabiex jintużaw għaż-żamma, il-protezzjoni, l-ittrattar, it-twassil u l-preżentazzjoni ta' oġġetti, minn materja prima sa oġġetti pproċessati, mill-produttur sal-utent jew il-konsumatur; |
|
(9) |
“Boroż tal-ġarr tal-karti” huma prodotti bbażati fuq il-karta li jintużaw għat-trattar/it-trasport ta' oġġetti; |
|
(10) |
“Riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm jekk għall-istess skop oriġinali jew għal skopijiet oħra, ħlief għall-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f'materjali li jridu jintużaw bħala fjuwils jew għall-operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid; |
|
(11) |
“Fibri riċiklati” tfisser fibri ddevjati mill-fluss ta' skart waqt proċess ta' manifattura jew iġġenerati mill-utenti finali tal-prodott, li ma jkunux jistgħu jintużaw aktar għall-iskop maħsub tagħhom. Huwa eskluż l-użu mill-ġdid ta' materjali ġġenerati fi proċess u li jistgħu jerġgħu jiġu miġbura fl-istess proċess li jkun iġġenerahom (magħmulin fil-mitħna — prodotti minnhom stess jew mixtrija). |
|
(12) |
“Fowlders” tfisser kejsis li jintwew jew għata għal karti sfużi, bħal Suspension Fajls, Indiċi u Diviżorji, Portafoll tad-dokumenti, Fowlders bi 3 Flaps, u Fowlders maqtugħin kwadri; |
|
(13) |
“Binders” huma prodotti bbażati fuq il-karta li jikkonsistu minn għata, li normalment isiru minn board, bir-rings biex jinżammu flimkien karti sfużi, bħalma huma Ring Binders u fajls b'Lever Arch. |
|
(14) |
“Komposti Organiċi Volatili” (VOC) tfisser kull kompost organiku kif ukoll il-frazzjoni tal-krijożot, li jkollu 293,15 K pressjoni ta' fwar ta' 0,01 kPa jew aktar, jew li għandu volatilità korrispondenti fil-kondizzjonijiet partikolari tal-użu; |
|
(15) |
“Aġenti tal-ħasil” tfisser kimiċi użati għall-ħasil ta' forom ta' stampar u ta' preses tal-istampar biex jitneħħew il-linek tal-istampar, it-trab tal-karta u prodotti simili, sustanzi ta' tindif għall-makkinarju tat-tlestija u għall-makkinarju tal-istampar, removers għal-linek tal-istampar użati fil-ħasil tal-linek tal-istampar niexfa; |
|
(16) |
“Skart tal-karti” tfisser karta li tiġi ġġenerata matul il-produzzjoni ta' prodott lest tal-karta ttrasformata u li ma tiffurmax parti minnu. |
Artikolu 3
Sabiex jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett ta' karta ttrasformata għandu jaqa' fil-grupp tal-prodotti “prodott tal-karta ttrasformata” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 4
Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “Prodott tal-karta ttrasformata”, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għal skopijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-“Prodott tal-karta ttrasformata” għandu jkun “046”.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE tas-16 ta' Awwissu 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta stampata (ĠU L 223, 21.8.2012, p. 55).
ANNESS
QAFAS
L-għanijiet tal-kriterji
Il-kriterji tal-Ekotikketta jirriflettu l-prodotti bl-aħjar prestazzjoni ambjentali fis-suq tal-prodotti tal-karta ttrasformata. Filwaqt li l-użu ta' prodotti kimiċi u r-rilaxx ta' sustanzi li jniġġsu huwa parti mill-proċess ta' produzzjoni, prodott li jkollu l-Ekotikketta tal-UE jiggarantixxi lill-konsumatur li l-użu ta' dawn is-sustanzi ġie limitat sal-limitu teknikament possibbli mingħajr preġudizzju għall-adegwatezza għall-użu tal-prodott finali. L-użu ta' sustanzi perikolużi huwa eskluż kull meta jkun possibbli. Id-derogi jingħataw biss meta ma jkun hemm l-ebda alternattiva vijabbli li tkun teżisti fis-suq u, tali sustanzi perikolużi huma permessi biss f'konċentrazzjonijiet minimi.
KRITERJI
Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata:
|
1. |
Sottostrat |
|
2. |
Fibri: ġestjoni sostenibbli tal-foresti |
|
3. |
Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati |
|
4. |
Riċiklabbiltà |
|
5. |
Emissjonijiet |
|
6. |
Skart |
|
7. |
Enerġija |
|
8. |
Taħriġ |
|
9. |
Adegwatezza għall-użu |
|
10. |
Informazzjoni fuq il-prodott |
|
11. |
Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE. |
Dawn il-kriterji japplikaw għall-proċessi kollha ta' dan it-tip, li jsiru fuq il-post jew fil-postijiet jew faċilitajiet apposta fejn jiġi ttrasformat il-prodott tal-karta tal-ittrasformar. Jekk ikun hemm proċessi ta' ttrasformar, stampar, kisi u tlestija li jintużaw esklussivament għall-prodotti bl-ekotikketta, il-kriterji 2, 4, 5, 6 u 7 għandhom japplikaw biss għal dawk il-proċessi.
Il-kriterji ekoloġiċi ma jkoprux it-trasport tal-materja prima, l-oġġetti ta' konsum u l-prodotti finali.
Il-kriterju 1 japplika biss għal sottostrati użati fil-prodott finali tal-karta ttrasformata.
Il-kriterji 4, 9, 10 u 11 japplikaw għall-prodott finali tal-karta ttrasformata.
Il-kriterju 3 japplika kemm għall-komponenti mhux tal-karta tal-prodott tal-karta ttrasformata, kif ukoll għall-proċessi ta' ttrasformar. stampar, kisi u tlestija tal-komponenti tal-karta.
Il-kriterji 5, 6, 7 u 8 japplikaw għall-proċessi ta' ttrasformar, stampar, laminar u tlestija tal-komponenti tal-karta biss.
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta' valutazzjoni u ta' verifika huma indikati f'kull kriterju.
Kull stampar jew ittrasformar fuq il-prodott tal-karta ttrasformata għandu jilħaq il-kriterji. Partijiet mill-prodott li jiġu stampati jew ittrasformati minn subkuntrattur għandhom għalhekk jissodisfaw ir-rekwiżiti relatati wkoll. L-applikazzjoni għandha tinkludi lista tal-istamperiji u s-subkuntratturi kollha involuti fil-produzzjoni tal-karta ttrasformata, bil-postijiet ġeografiċi tagħhom.
L-applikant għandu jipprovdi lista tal-prodotti kimiċi użati fl-istamperija għall-produzzjoni tal-prodotti tal-karta ttrasformata. Dan ir-rekwiżit japplika għall-oġġetti tal-konsum kollha użati matul il-proċessi tal-ittrasformar, stampar, kisi u tlestija. Il-lista pprovduta mill-applikant għandha tinkludi l-ammont, il-funzjoni u l-fornitur ta' kull prodott kimiku użat, flimkien mal-Iskeda tad-Dejta tas-Sikurezza, imfassla f'konformità mal-gwida fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Fejn l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti ta' testijiet, jew evidenza oħra li turi konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mingħand l-applikant u/jew il-fornitur(i) u/jew il-fornitur(i) tagħhom, kif ikun xieraq.
Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar differenti minn dawk indikati għal kull kriterju, jekk tiġi aċċettata l-ekwivalenza tagħhom mill-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni.
Il-Korpi Kompetenti għandhom jirrikonoxxu it-testijiet akkreditati preferenzjalment skont l-ISO 17025 u l-verifiki mwettqa minn korpi li huma akkreditati skont l-istandard EN 45011 jew skont standard internazzjonali ekwivalenti.
Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.
Kriterju 1 — Sottostrat
Parti A — Sottostrat tal-karta
Is-sottostrat użat għandu jkun f'konformità mal-kriterji 1, 2, 4 u 5 tal-Ekotikketta tal-UE kif stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE (2) għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika jew fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE (3) għall-karta tal-gazzetti u għandu juri l-konformità mal-kriterju 2 — Fibri: ġestjoni sostenibbli tal-forest tal-Ekotikketta tal-UE kif stabbilita f'din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-prodotti tal-karta ttrasformata.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti tal-karta ttrasformata kkonċernati, inklużi l-ismijiet kummerċjali, l-ammonti u l-piż/m2 tal-karta użata. Il-lista għandha tinkludi wkoll l-ismijiet tal-fornituri tal-karti użati. Il-konformità mal-kriterji 1, 2, 4 u 5 tal-Ekotikketta tal-UE kif stabbilita permezz tad-Ekotikketta tal-UE kif stabbilita fid-Deċiżjoni 2011/333/UE jew fid-Deċiżjoni 2012/448/UE għandha tkun ippruvata għal kull sottostrat billi tiġi pprovduta kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE validu għall-karta użata. Il-konformità mal-kriterju 2 dwar il-fibri tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresta għandha tkun ippruvata għal kull sottostrat billi jiġi pprovdut PEFC, FSC jew ċertifikat ekwivalenti validu għal kull sottostrat użat, jew permezz ta' awtodikjarazzjoni fil-każ li l-applikant diġà jkollu ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE validu għas-sottostrat użat.
Parti B — Sottostrat ta' Board
|
(a) |
COD, Kubrit, NOx, Fosforu Għal kull wieħed minn dawn il-parametri, l-emissjonijiet fl-arja u/jew fl-ilma mill-polpa, il-karti ta' laminazzjoni u l-produzzjoni tal-board għandhom ikunu espressi f'termini ta' punti (PCOD, PS, PNOx, PP) kif dettaljat hawn taħt. L-ebda wieħed mill-punti individwali PCOD, PS, PNOx, PP ma għandu jaqbeż 1,5. L-għadd totali tal-punti (Ptotal = PCOD + PS + PNOx + PP) ma għandux jaqbeż 4,0. Il-kalkolu ta' P COD għandu jsir kif ġej (il-kalkoli ta' PS, PNOx, PP għandhom isiru bl-istess mod eżatt). Għal kull polpa “i”, jew kull karta ta' laminazzjoni, “i” użata, l-emissjonijiet COD relatati mkejla (CODpulp, i jew CODkarta, i expressa f'kg/tunnellati mnixxfa bl-arja — ADT), għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta' kull polpa jew karta ta' laminazzjoni użata (polpa “i”, jew karta “i”, fir-rigward ta' tunnellata popla jew karta mnixxfa bl-arja), u magħdudin flimkien. L-emissjoni ppeżata ta' COD għall-polpi jew tal-karti tal-laminazzjoni mbagħad tiżdied mal-emissjoni mkejla ta' COD mill-produzzjoni tal-board biex tagħti emissjoni totali ta' COD, CODtotal. Il-valur ta' referenza ppeżat ta' COD għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-karta tal-laminazzjoni għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod, bħas-somma tal-valuri ta' referenza ppeżati għal kull polpa jew karta tal-laminazzjoni użata u jiżdied mal-valur ta' referenza għall-produzzjoni tal-board biex jagħti valur ta' referenza totali COD, CODref, total. Il-valuri ta' referenza għal kull tip ta' polpa jew ta' karta tal-laminazzjoni użata u għall-produzzjoni tal-board huma mogħtija fit-Tabella 1. Fl-aħħar nett, l-emissjoni totali ta' COD għandha tiġi diviża bil-valur ta' referenza totali ta' COD kif ġej:
Tabella 1 Valuri ta' referenza għall-emissjonijiet minn tipi differenti ta' polpa u mill-produzzjoni tal-board
F'każ ta' koġenerazzjoni ta' sħana u elettriku mill-istess impjant, l-emissjonijiet ta' S u NOx li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku jistgħu jitnaqqsu mill-ammont totali. L-ekwazzjoni li ġejja tista' tintuża biex jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku: 2 × (MWh(elettriku))/[2 × MWh(elettriku) + MWh(sħana)] L-elettriku f'dan il-kalkolu huwa l-elettriku prodott fl-impjant ta' koġenerazzjoni. Is-sħana f'dan il-kalkolu hija s-sħana netta mwassla mill-impjant tal-enerġija għall-produzzjoni tal-polpa/tal-karta tal-karta/tal-board. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati li juru konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni relatata ta' appoġġ li għandha tinkludi rapporti ta' testijiet li jużaw il-metodi ta' ttestjar li ġejjin: COD: ISO 6060; NOx: ISO 11564; S(oxid.): EPA nru.8; S(red.): EPA nru 16 A; S kontenut fiż-żejt: ISO 8754; S kontenut fil-faħam: ISO 351; P: EN ISO 6878, APAT IRSA CNR 4110 jew Dr Lange LCK 349. Id-dokumentazzjoni ta' appoġġ għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punti għal COD, S u NOx. Għandha tinkludi l-emissjonijiet kollha ta' S u NOx li jseħħu matul il-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board, inkluż il-fwar iġġenerat barra l-post tal-produzzjoni, ħlief dawk l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku. Il-kejl għandu jinkludi l-bojlers ta' rkupru, il-kalkari tal-ġir, il-bojlers tal-fwar u l-fran għall-qerda ta' gassijiet jintnu ħafna. L-emissjonijiet diffużi għandhom jiġu kkunsidrati. Il-valuri rrappurtati ta' emissjonijiet ta' S fl-arja għandhom jinkludu kemm l-emissjonijiet ossidizzati kif ukoll l-emissjonijiet imnaqqsa ta' S (sulfid tad-dimetil, merkaptan tal-metil, sulfid tal-idroġenu u bħalhom). L-emissjonijiet ta' S relatati mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tas-sħana miż-żejt, il-faħam u fjuwils esterni oħra b'kontenut magħruf ta' S jistgħu jiġu kkalkulati minflok imkejla, u għandhom jiġu kkunsidrati. Il-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta' trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ta' produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta' ħidma stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva. Fil-każ tal-imtieħen integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-emissjonijiet għall-polpa, għall-karta tal-laminazzjoni u għall-board, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board, il-valuri tal-emissjonijiet għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-board għandha tinkludi l-produzzjoni tal-polpa, il-karta ta' laminazzjoni u l-board. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
AOX Il-valur tal-medja ppeżata tal-AOX rilaxxat mill-produzzjonijiet tal-polpi użati fis-sottostrati ma għandux jaqbeż 0,170 kg/ADT tal-board. L-emissjonijiet AOX minn kull polpa individwali użata fil-board m'għandhomx ikunu iktar minn 0,250 kg/ADT ta' polpa. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapporti ta' testijiet billi juża l-metodu ta' ttestjar li ġej: AOX ISO 9562 akkumpanjat minn kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta' appoġġ. Id-dokumentazzjoni ta' appoġġ għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl. AOX għandu jitkejjel biss fi proċess fejn jintużaw komposti tal-kloru għall-ibbliċjar tal-polpa. AOX ma għandux għalfejn jitkejjel fl-effluwent mill-produzzjoni mhux integrata ta' board jew fl-effluwenti mill-produzzjoni ta' polpa mingħajr ibbliċjar jew fejn l-ibbliċjar jitwettaq b'sustanzi mingħajr kloru. Il-kejl għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u kampjuni li ma jkunux qagħdu wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta' trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ta' produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta' ħidma stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva. |
|
(c) |
CO2 L-emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju minn sorsi mhux rinnovabbli ma għandhomx jaqbżu 1 000 kg għal kull tunnellata ta' board prodott, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra l-post). Għall-imtieħen mhux integrati (fejn il-polpi kollha li jintużaw huma polpi kummerċjali), l-emissjonijiet ma għandhomx jaqbżu 1 100 kg għal kull tunnellata. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-polpa u tal-board. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ relatata. L-applikant għandu jipprovdi dejta dwar l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju fl-arja. Dan għandu jinkludi s-sorsi kollha ta' fjuwils mhux rinnovabbli matul il-produzzjoni tal-polpa u tal-board, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra l-post). Il-fatturi tal-emissjonijiet li ġejjin għandom jintużaw fil-kalkolu tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-fjuwils: Tabella 2
Il-perjodu għall-kalkoli jew il-bilanċi tal-massa għandhom ikunu bbażati fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ta' produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta' ħidma stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva. Għall-elettriku tal-grid, il-valur ikkwotat fit-tabella ta' hawn fuq (il-medja Ewropea) għandu jintuża sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi valur medju għall-fornituri tiegħu tal-elettriku (fornitur kontraenti jew medja nazzjonali), f'liema każ l-applikant jista' juża dan il-valur minflok il-valur imsemmi fit-tabella. L-ammont ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli (4) mixtrija u użata għall-proċessi tal-produzzjoni, mhux se jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta' CO2: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li enerġija ta' dan it-tip fil-fatt tkun qed tintuża fil-mitħna jew tkun qed tinxtara minn barra. |
|
(a) |
Elettriku Il-konsum tal-elettriku relatat mal-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board għandu jkun espress f'termini ta' punti (PE) kif dettaljat hawn taħt. L-għadd ta' punti, PE, għandu jkun anqas minn jew ugwali għal 1,5. Il-kalkolu ta' PE għandu jsir kif ġej. Kalkolu għal polpa jew għall-produzzjoni tal-karta tal-laminazzjoni: Għal kull i ta' polpa, karta tal-laminazzjoni li tintuża, il-konsum tal-elettriku relatat (Epulp or laminated paper, i espressa f'kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta' punti (PE) kif ġej:
Fil-każ tal-imtieħen integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri tal-elettriku separati għall-polpa, għall-karta tal-laminazzjoni u għall-board, fejn tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board, il-valuri tal-elettriku għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-mitħna tal-board għandha tinkludi l-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board. |
|
(b) |
Fjuwil (sħana) Il-konsum ta' fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board għandu jiġi espress f'termini ta' punti (PF) kif dettaljat hawn taħt. L-għadd ta' punti, PF, għandu jkun anqas minn jew ugwali għal 1,5. Il-kalkolu ta' PF għandu jsir kif ġej. Kalkolu għal polpa jew għall-produzzjoni tal-karta tal-laminazzjoni: Għal kull i ta' polpa, karta tal-laminazzjoni li tintuża, il-konsum tal-elettriku relatat (Fpulp or laminated paper, i espressa f'kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Nota: Fpolpa jew karta tal-laminazzjoni, i (u l-kontribuzzjoni tiegħu għal PF, pulp or laminating paper) ma għandux għalfejn jiġi kkalkulat għall-polpa mekkanika ħlief jekk tkun polpa mekkanika tas-suq imnixxfa bl-arja li fiha tal-anqas 90 % ta' materja niexfa. L-ammont ta' fjuwil li jintuża biex jipproduċi s-sħana mibjugħa għandu jiżdied mat-terminu “fjuwil mibjugħ” fl-ekwazzjoni ta' hawn fuq. Kalkolu għall-produzzjoni tal-board: Bl-istess mod, il-konsum ta' fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-board (Fboard, espressa f'kWh/ADT), għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-board għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta' punti (PF) kif ġej:
Tabella 3 Valuri ta' referenza għall-elettriku u għall-fjuwil
Valutazzjoni u verifika (kemm għal (a) kif ukoll għal (b)): l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati li juru konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ kollha relatata. Id-dettalji rrappurtati għalhekk għandhom jinkludu l-konsum totali ta' elettriku u ta' fjuwil. L-applikant għandu jikkalkula l-inputs kollha ta' enerġija, maqsuma fi sħana/fjuwils u l-elettriku użati matul il-produzzjoni tal-polpa u tal-board, inkluża l-enerġija użata fit-tneħħija tal-linka tal-karti tal-iskart għall-produzzjoni tal-board riċiklat. L-enerġija użata fit-trasport tal-materja prima, kif ukoll fil-konverżjoni u l-imballaġġ, mhijiex inkluża fil-kalkoli tal-konsum ta' enerġija. L-enerġija kollha tas-sħana tinkludi l-fjuwils kollha mixtrija. Tinkludi wkoll l-enerġija tas-sħana rkuprata bl-inċinerazzjoni ta' likuri u skart minn proċessi fil-post (eż. skart tal-injam, serratura tal-injam, likuri, skart tal-karta, karti mqattgħa), kif ukoll is-sħana rkuprata mill-ġenerazzjoni interna tal-elettriku — madankollu, l-applikant jeħtieġ jgħodd biss 80 % tal-enerġija tas-sħana minn dawn is-sorsi meta jikkalkula l-enerġija tas-sħana totali. L-enerġija elettrika tfisser l-elettriku nett impurtat li jkun ġej mill-grid u l-ġenerazzjoni interna ta' elettriku mkejla bħala enerġija elettrika. L-elettriku użat għat-trattament tal-iskart tal-ilma mhemmx għalfejn jiġi inkluż. Fejn il-fwar jiġi ġġenerat bl-użu tal-elettriku bħala s-sors tas-sħana, għandu jiġi kkalkulat il-valur tas-sħana tal-fwar, imbagħad jiġi diviż b'0,8 u jiżdied mal-konsum totali ta' fjuwil. Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-fjuwil (sħana) għall-polpa, għall-karta tal-laminazzjoni u għall-board, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board, il-valuri tal-fjuwil (sħana) għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-board għandha tinkludi l-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lista tal-prodotti kimiċi użati fil-produzzjoni tal-polpa u l-board, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa (bħall-SDSs). Din il-lista għandha tinkludi l-kwantità, il-funzjoni u l-fornituri tas-sustanzi kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni.
|
(a) |
Sustanzi u taħlitiet perikolużi Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) il-board ma għandux ikun fih sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u lanqas sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bil-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu speċifikati hawn taħt. Lista ta' dikjarazzjonijiet ta' periklu u espressjonijiet ta' riskju:
L-użu ta' sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b'mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta' hawn fuq. Limiti ta' konċentrazzjoni għal sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet ta' periklu jew il-frażijiet ta' riskju elenkati hawn fuq, li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew fil-kategoriji ta' periklu, u għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta' konċentrazzjoni ġeneriċi jew speċifiċi determinati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Fejn ikunu stabbiliti limiti speċifiċi ta' konċentrazzjoni, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi. Il-limiti ta' konċentrazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57(d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu 0,10 % ta' piż skont il-piż. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma' dan il-kriterju billi jipprovdi dejta dwar l-ammont (kg/ADT ta' board prodott) ta' sustanzi użati fil-proċess u li s-sustanzi msemmija f'dan il-kriterju ma jinżammux fil-prodott finali f'livell ogħla mil-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għas-sustanzi u t-taħlitiet għandha tiġi speċifikata fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(b) |
Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fir-rigward tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib kbir u inklużi fil-lista pprovduta għall-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, preżenti f'taħlitiet, f'oġġett jew fi kwalunkwe parti omoġenja ta' oġġett kumpless f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 %. Il-limiti ta' konċentrazzjoni speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw fil-każ li l-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0,10 %. Valutazzjoni u verifika: il-lista ta' sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib kbir ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista' tinstab fuq is-sit elettroniku: http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp Għandha ssir referenza għal-lista fid-data tal-applikazzjoni. L-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma' dan il-kriterju billi jipprovdi dejta dwar l-ammont (kg/ADT ta' board prodott) ta' sustanzi użati fil-proċess u li s-sustanzi msemmija f'dan il-kriterju ma jinżammux fil-prodott finali f'livell ogħla mil-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għandha tiġi speċifikata fl-iskeda tad-dejta tas-sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(c) |
Kloru Ma għandux jintuża gass tal-kloru bħala aġent tal-ibbliċjar. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-gass tal-kloru relatat mal-produzzjoni u l-użu tad-dijossidu tal-kloru. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-produttur(i) tal-polpa li ma ntużax gass tal-kloru bħala aġent tal-ibbliċjar. Nota: filwaqt li dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-ibbliċjar ta' fibri rriċiklati, huwa aċċettat li l-fibri fiċ-ċiklu tal-ħajja preċedenti tagħhom setgħu ġew ibbliċjati bil-gass tal-kloru. |
|
(d) |
APEOs Ma għandhomx jiżdiedu etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma' sustanzi kimiċi tat-tindif, sustanzi kimiċi li jneħħu l-linka, inibituri tar-ragħwa, dispersanti jew kisjiet. Id-derivattivi tal-alkilfenol huma ddefiniti bħala sustanzi li wara d-degradazzjoni jipproduċu l-fenoli tal-alkil. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni(jiet) mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tiegħu li ma żdidux etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma' dawk il-prodotti. |
|
(e) |
Monomeri residwi Il-kwantità totali ta' monomeri residwi (eskluż l-akrilammid) li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati xi waħda mill-frażijiet ta' riskju li ġejjin (jew taħlitiet tagħhom) u li jkunu preżenti f'kisjiet, f'aġenti li jgħinu r-ritenzjoni, f'aġenti li jirrinforzaw, sustanzi li l-ilma ma jinfidhomx jew f'sustanzi kimiċi użati fit-trattament intern u estern tal-ilma, ma għandhiex taqbeż 100 ppm (ikkalkulata fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom):
L-akrilammida ma għandhiex tkun preżenti f'kisjiet, f'aġenti li jgħinu r-ritenzjoni, f'aġenti li jirrinforzaw, f'sustanzi li l-ilma ma jinfidhomx jew f'sustanzi kimiċi użati fit-trattament intern u estern tal-ilma f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 700 ppm (ikkalkulati fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom). Il-korp kompetenti jista' jeżenta lill-applikant minn dawn ir-rekwiżiti fir-rigward tas-sustanzi kimiċi użati fit-trattament estern tal-ilma. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mingħand il-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa (bħall-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza). |
|
(f) |
Aġenti tensjoattivi fit-tneħħija tal-linka L-aġenti tensjoattivi kollha użati fit-tneħħija tal-linka għandhom finalment ikunu bijodegradabbli. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mingħand il-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom flimkien mal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza jew ir-rapporti tat-testijiet rilevanti għal kull aġent tensjoattiv, li jindikaw il-metodu ta' ttestjar, il-livell limitu u l-konklużjoni mogħtija, billi jintuża wieħed mill-metodi ta' ttestjar u l-livelli ta' limiti li ġejjin: OECD 302 A-C (jew standards ISO ekwivalenti), b'perċentwali ta' degradazzjoni (inkluż l-assorbiment) fi żmien 28 ġurnata ta' mill-anqas 70 % għal 302 A u B, u ta' mill-anqas 60 % għal 302 C. |
|
(g) |
Bijoċidi Il-komponenti attivi f'bijoċidi jew f'aġenti bijostatiċi użati kontra organiżmi li jiffurmaw il-lgħab f'sistemi ta' ċirkolazzjoni tal-ilma li jkun fihom il-fibri, ma għandhomx ikunu potenzjalment bijoakkumulattivi. Il-bijoakkumulazzjoni tal-bijoċidi hija kkaratterizzata minn log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3,0 jew fattur ta' bijokonċentrazzjoni stabbilit b'mod sperimentali (BCF) ta' ≤ 100. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mingħand il-fornituri kimiċi tagħhom flimkien mal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali jew ir-rapport tat-test rilevanti, li għandhom jindikaw il-metodu ta' ttestjar, il-limitu u l-konklużjoni mogħtija, billi jintużaw il-metodi ta' ttestjar li ġejjin: OECD 107, 117 jew 305 A-E. |
|
(h) |
Ażokoloranti Ma għandhomx jintużaw ażokoloranti li jistgħu jinferqu f'xi wieħed mill-ammini aromatiċi li ġejjin, skont l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006:
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mingħand il-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom. |
|
(i) |
Materjali koloranti jew pigmenti bbażati fuq kumplessi tal-metall Ma għandhomx jintużaw koloranti jew pigmenti bbażati fuq iċ-ċomb, ir-ram, il-kromju, in-nikil jew l-aluminju. Jistgħu, madankollu, jintużaw koloranti jew pigmenti tal-ftaloċjanina tar-ram. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mingħand il-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom. |
|
(j) |
Impuritajiet joniċi f'materjali koloranti Il-livelli ta' impuritajiet joniċi fil-materjali koloranti li jintużaw ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin: Ag 100 ppm; As 50 ppm; Ba 100 ppm; Cd 20 ppm; Co 500 ppm; Cr 100 ppm; Cu 250 ppm; Fe 2 500 ppm; Hg 4 ppm; Mn 1 000 ppm; Ni 200 ppm; Pb 100 ppm; Se 20 ppm; Sb 50 ppm; Sn 250 ppm; Zn 1 500 ppm. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità. |
Is-siti kollha fejn tiġi prodotta l-polpa u l-board għandu jkollhom sistema għall-immaniġġjar tal-iskart (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tas-siti ta' produzzjoni tal-polpa u tal-board inkwistjoni) u l-prodotti residwi li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-prodott ekotikkettat. Is-sistema għandha tiġi ddokumentata jew spjegata fl-applikazzjoni u tinkludi informazzjoni tal-anqas dwar il-punti li ġejjin:
|
— |
il-proċeduri għas-separazzjoni u l-użu ta' materjali riċiklabbli mill-fluss tal-iskart, |
|
— |
il-proċeduri għall-irkupru ta' materjali għal użi oħra, bħall-inċinerazzjoni sabiex tiġġenera fwar jew sħana għall-proċess, jew użu agrikolu, |
|
— |
il-proċeduri għall-immaniġġjar ta' skart perikoluż (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tas-siti ta' produzzjoni tal-polpa u tal-board inkwistjoni). |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri adottati għall-immaniġġjar tal-iskart ta' kull wieħed mis-siti konċernati u dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju.
Kriteru 2 — Fibri: ġestjoni sostenibbli tal-foresti
Il-materja prima tal-fibra fil-board tista' tkun riċiklata jew verġni.
Il-fibri verġni għandhom ikunu koperti minn ġestjoni sostenibbli valida tal-foresti u katina ta' ċertifikati ta' kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.
Madankollu, fejn l-iskemi ta' ċertifikazzjoni jippermettu t-taħlit ta' materjal iċċertifikat u materjali mhux iċċertifikati fi prodott jew linja ta' prodotti, il-proporzjon tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma għandux jaqbeż 30 % tal-materja prima totali tal-fibra. Tali materjal mhux iċċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jinkiseb b'mod legali u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.
Il-korpi ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina ta' kustodja għandhom ikunu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta' ċertifikazzjoni.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li tindika t-tipi, il-kwantitajiet u l-oriġini tal-fibri użati fil-produzzjoni tal-polpa u tal-board.
Fejn jintużaw fibri verġni, il-prodott għandu jkun kopert minn ċertifikati validi ta' ġestjoni tal-foresti u tal-katina ta' kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni indipendenti ta' parti terza, bħall-PEFC, l-FSC jew ekwivalenti. Jekk il-prodott jew il-linja ta' prodotti tinkludi materjal mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-materjal mhux iċċertifikat ikun inqas minn 30 % u jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jinkiseb legalment u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.
Fejn jintużaw fibri rriċiklati, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tindika l-ammont medju ta' gradi ta' karta rkuprata użata għall-prodott skont l-istandard EN 643 jew standard ekwivalenti. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li ma ntuża l-ebda skart ta' karti mill-mitħna (tiegħu stess jew mixtrija) għall-kalkolu tal-perċentwal.
Kriterji applikabbli għall-proċessi ta' ttrasformar
Kriterju 3 — Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati
|
(a) |
Sustanzi u taħlitiet perikolużi L-oġġetti ta' konsum li jistgħu jispiċċaw fil-prodott finali tal-karta ttrasformata, u li fihom sustanzi u/jew taħlitiet li jilħqu l-kriterji għall-klassifikazzjoni mad-dikjarazzjonijiet ta' periklu jew frażijiet ta' riskju speċifikati iktar 'l isfel skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (11) jew sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jintużaw għall-operazzjonijiet ta' stampar, ta' kisi jew ta' tlestija tal-prodott finali tal-karta ttrasformata. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għat-toluwen li jintuża fil-proċessi ta' stampar bir-rotogravur, fejn stallazzjoni magħluqa jew f'kapsula jew sistema ta' rkupru, jew kwalunkwe sistema ekwivalenti, tkun lesta biex tikkontrolla u tissorvelja l-emissjonijiet maħruba, u fejn l-effiċjenza tal-irkupru tkun tal-anqas 92 %. Il-verniċ UV u l-linek UV ikklassifikati bħala H412/R52-53 huma wkoll eżenti minn dan ir-rekwiżit. Il-komponenti mhux tal-karta li huma parti mill-prodott tal-karta finali ttrasformata ma għandux ikun fihom is-sustanzi msemmija iktar 'il fuq. Lista ta' dikjarazzjonijiet ta' periklu u ta' frażijiet ta' riskju
Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b'mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta' hawn fuq. Il-limiti ta' konċentrazzjoni għal sustanzi li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet ta' periklu jew il-frażijiet ta' riskju elenkati hawn fuq, jew li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti ġeneriċi jew speċifiċi ta' konċentrazzjoni ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Fejn ikunu stabbiliti limiti speċifiċi ta' konċentrazzjoni, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi. Il-limiti ta' konċentrazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu 0,10 % piż skont il-piż. Valutazzjoni u verifika: għas-sustanzi li mhumiex diġà kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-applikant għandu jagħti prova tal-konformità tiegħu ma' dawn il-kriterji, billi jipprovdi: (i) dikjarazzjoni li l-komponenti mhux tal-karta li huma parti mill-prodott finali ma fihomx is-sustanzi rreferuti f'dawn il-kriterji f'konċentrazzjoni ikbar mil-limiti awtorizzati; (ii) dikjarazzjoni li l-ebda mill-oġġetti mhux tal-konsum użati fl-istampar, kisi u l-operazzjonijiet ta' tlestija tal-prodott tal-karta ttrasformata finali ma fihom is-sustanzi rreferuti f'dawn il-kriterji f'konċentrazzjoni ikbar mil-limiti awtorizzati; (iii) lista tal-oġġetti tal-konsum kollha użati għall-istampar, it-tlestija u l-kisi tal-prodotti tal-karta ttrasformata. Din il-lista għandha tinkludi l-kwantità, il-funzjoni u l-fornituri tal-oġġetti ta' konsum kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni. L-applikant għandu juri l-konformità ma' dan il-kriterju billi jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom dwar il-fatt li kull sustanza mdaħħla mhijiex ikklassifikata fi kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta' periklu marbutin mad-dikjarazzjonijiet ta' periklu msemmija fil-lista ta' hawn fuq, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, safejn dan jista' jiġi ddeterminat, bħala minimu, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b'informazzjoni miġbura fil-qosor dwar il-karatteristiki relevanti assoċjati mad-dikjarazzjonijiet ta' periklu msemmija fil-lista ta' hawn fuq, bil-livell ta' dettall speċifikat fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għall-Kompilazzjoni tal-Iskedi ta' Dejta ta' Sikurezza). Informazzjoni dwar il-karatteristiki intrinsiċi tas-sustanzi tista' tiġi ġġenerata permezz ta' mezzi oħra minbarra t-testijiet, pereżempju permezz tal-użu ta' metodi alternattivi bħal metodi in vitro, b'mudelli kwantitattivi ta' struttura-attività jew bl-użu ta' raggruppament jew read-across skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-qsim tad-dejta rilevanti huwa ferm imħeġġeġ. It-tagħrif ipprovdut għandu jkun marbut mal-forom jew mal-istati fiżiċi tas-sustanza jew tat-taħlita kif tintuża fil-prodott finali. Għas-sustanzi elenkati fl-Annessi IV u V tar-REACH eżentati mill-obbligi ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006, dikjarazzjoni b'dan l-għan tkun biżżejjed biex tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati hawn fuq. L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa dwar l-effiċjenza tal-irkupru tal-istallazzjoni magħluqa jew f'kapsula jew tas-sistema ta' rkupru, jew kwalunkwe sistema ekwivalenti, li tkun ġiet implimentata għall-użu tat-toluwenfi proċessi ta' stampar bir-rotogravur. |
|
(b) |
Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fir-rigward tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib kbir u inklużi fil-lista pprovduta fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, preżenti f'taħlitiet f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,1 %. Il-limiti ta' konċentrazzjoni speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw meta l-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0,10 %. Valutazzjoni u verifika: il-lista ta' sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib kbir ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista' tinstab fuq is-sit elettroniku: http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp Għandha ssir referenza għal-lista fid-data tal-applikazzjoni. L-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma' dan il-kriterju billi jipprovdi dejta dwar l-ammont ta' sustanzi użati għall-istampar tal-prodotti ta' karta ttrasformata, kif ukoll stqarrija li s-sustanzi msemmija f'dan il-kriterju ma jinżammux fil-prodott finali f'livell ogħla mil-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għandha tiġi speċifikata fil-Folja dwar id-Dejta tas-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(c) |
Bijoċidi Bijoċidi, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn taħlita inkluża fil-formulazzjoni, li jintużaw biex jippreservaw il-prodott u li huma kklassifikati H410/R50-53 jew H411/R51-53 skont id-Direttiva 67/548/KEE, id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, huma permessi iżda biss jekk il-potenzjali ta' bijoakkumulazzjoni tagħhom huma kkaratterizzati minn log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3,0 jew fattur ta' bijokonċentrazzjoni (BCF) iddeterminat b'mod sperimentali ≤ 100. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-Folja dwar id-Dejta tas-Sikurezza tal-materjali għall-bijoċidi kollha użati tul l-istadji varji tal-produzzjoni, flimkien mad-dokumentazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-bijoċidi fil-prodott finali. |
|
(d) |
Aġenti tal-ħasil L-aġenti tal-ħasil li jintużaw għat-tindif waqt il-proċessi u/jew subproċessi ta' stampar, li jkun fihom idrokarbonju aromatiku, għandhom jitħallew jintużaw biss jekk ikunu konformi mal-punt 3(b), u jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Dan il-kriterju ma għandux japplika għat-toluwen li jintuża bħala aġent tal-ħasil fl-istampar bir-rotogravur. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-Folja dwar id-Dejta tas-Sikurezza għal kull aġent tal-ħasil użat fi stamperija matul is-sena li għaliha jirreferi l-konsum annwali. Il-fornituri tal-aġent tal-ħasil għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet tal-kontenut ta' idrokarbonju fl-aġenti tal-ħasil. |
|
(e) |
Alkilfenoletossilati — Solventi aloġenati — Ftalati Is-sustanzi jew preparazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx jiżdiedu ma' linek, koloranti, toners, adeżivi jew aġenti tal-ħasil jew kimiċi oħra għat-tindif użati għall-istampar tal-prodott ta' karta ttrasformata:
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju. |
|
(f) |
Linek tal-istampar, toners, verniċ, pellikoli tal-aluminju, u laminati Il-metalli tqal li ġejjin jew il-komposti tagħhom m'għandhomx jintużaw f'linek tal-istampar, toners, verniċ, pellikoli tal-aluminju jew laminati (la bħala sustanza u lanqas bħala parti minn kwalunkwe preparazzjoni użata): il-kadmju, ir-ram (għajr ir-ram-ftalosjanin), iċ-ċomb, in-nikil, il-kromu VI, il-merkurju, l-arseniku, il-barju solubbli, is-selenju, l-antimonju. Il-kobalt jista' jintuża sa 0,10 % (w/w). L-ingredjenti jista' jkun fihom traċċi ta' dawn il-metalli sa 0,010 % (w/w) li jiġu mill-impuritajiet fil-materja prima. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, kif ukoll dikjarazzjonijiet mill-fornituri tal-ingredjenti. |
|
(g) |
Komponenti tal-metall Il-metalli m'għandhomx ikunu miksijin bil-kadmju, il-kromju, in-nikil, iċ-ċomb, il-merkurju, iż-żingu, il-landa u l-komposti tagħhom. It-trattament tal-uċuħ tal-metall bin-nikil jew biż-żingu jista' jiġi aċċettat għal partijiet żgħar (bħal imsiemer irbattuti, vajlori, u mekkaniżmi “flat bar”) fejn dan hu meħtieġ minħabba strapazz kbir fiżiku jilbsu. Kemm għall-kisi tan-nikil kif ukoll għall-iggalvanizzar taż-żingu għandha tuża teknoloġija tat-trattament tal-ilma tal-iskart, skambju joniku, teknoloġija tal-membrana jew teknoloġija ugwali sabiex il-prodotti kimiċi jiġu rriċiklati kemm jista' jkun. L-emissjonijiet mit-trattament tal-wiċċ għandhom jiġu riċiklati u meqruda. Is-sistema għandha tkun magħluqa mingħajr sistemi ta' drenaġġ, bl-eċċezzjoni taż-żingu fejn l-emissjoni tista' tkun għal massimu ta' 0,50 mg/l. Il-prodotti kimiċi użati fit-trattament tal-wiċċ irid ikun f'konformità mal-kriterji 3 (c) Bijoċidi u 3 (e) alkilfenoletossilati — Solventi aloġenati — Ftalati. Dan ir-rekwiżit japplika għal kull komponent separat tat-tip tal-metall ta' aktar minn 10 % bil-piż tal-prodotti finali fis-subkategorija ta' “suspension file”, fowlders bil-qafla tal-metall, ring binder u fajls b'lever arch. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju. |
Kriterju 4 — Riċiklabbiltà
Il-prodott tal-karta ttrasformata għandu jkun riċiklabbli. Għall-komponenti mhux tal-karta tal-prodott ta' karta ttrasformata għandu jkun possibbli li jitneħħew faċilment, b'mod li jiżgura li tali komponenti ma jfixklux il-proċess ta' riċiklaġġ.
|
(a) |
L-aġenti tar-reżistenza għall-ilma għandhom jintużaw biss jekk tista' tiġi pprovata r-riċiklabbiltà tal-prodott lest. |
|
(b) |
L-adeżivi mhux solubbli jistgħu jintużaw biss jekk tista' tiġi pprovata l-kapaċità li jitneħħew. |
|
(c) |
Il-verniċi għall-kisi u l-laminazzjoni, inklużi l-politelen u/jew il-politelen/polipropilen, jistgħu jintużaw biss għall-binders u għall-fowlders, pitazzi, djarji u notebooks. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi r-riżultati tat-testijiet tar-riċiklabbiltà għall-aġenti tar-reżistenza għall-ilma, kif ukoll tal-kapaċità li jitneħħew l-adeżivi. Il-metodi ta' ttestjar ta' referenza huma l-metodu PTS-RH 021/97 (għall-aġenti tar-reżistenza għall-ilma), il-Metodu INGEDE 12 (għat-tneħħija tal-adeżivi mhux solubbli), jew metodi ta' ttestjar ekwivalenti. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-prodotti tal-karta ttrasformata miksija u laminati huma konformi mal-punt 3(c). Fejn parti minn prodott tal-karta ttrasformata tkun tista' titneħħa faċilment (ngħidu aħna, l-iżbarra tal-metall ġo suspension file jew għata tal-plastik jew għata li tista' terġa tintuża ta' pitazz), it-test tar-riċiklabbiltà jista' jsir mingħajr dan il-komponent. Il-kapaċità li jitneħħew faċilment il-komponenti mhux tal-karta għandha tkun provata b'dikjarazzjoni mill-impriża tal-ġbir tal-karta, mill-impriża tar-riċiklaġġ jew minn organizzazzjoni ekwivalenti. Jistgħu jintużaw ukoll metodi ta' ttestjar li juru riżultati ekwivalenti, imwettqa minn parti terza kompetenti u indipendenti.
Kriterju 5 — Emissjonijiet
|
(a) |
Emissjonijiet fl-ilma L-ilma għat-tlaħliħ li jkun fih il-fidda mill-ipproċessar tal-pellikoli, kif ukoll mill-produzzjoni tal-pjanċi, u l-fotokimiċi, ma għandhomx jiġu rrilaxxati f'impjant tat-trattament tad-drenaġġ. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-ġestjoni fuq il-post tal-ilma tat-tlaħliħ li jkun fih fotokimiċi u l-fidda. Fejn l-ipproċessar tal-pellikoli u/jew il-produzzjoni tal-pjanċi jintbagħtu f'idejn ħaddieħor, is-sottokuntrattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-ġestjoni, fuq il-post tas-sottokuntrattur, tal-ilma tat-tlaħliħ li jkun fih fotokimiċi u l-fidda. Fl-Istampar bir-rotogravura, l-ammont ta' Cr u Cu rrilaxxat f'impjant tat-trattament tad-drenaġġ ma għandux jaqbeż il-45 mg kull m2 u l-400 mg kull m2 rispettivament tas-superfiċje taċ-ċilindru tal-istampar imħaddem. Valutazzjoni u verifika: ir-rilaxx ta' Cr u ta' Cu fid-drenaġġ għandu jiġi vverifikat fl-impjanti tal-istampar bir-rotogravura, wara t-trattament u qabel ir-rilaxx stess. Kull xahar għandu jinġabar kampjun rappreżentattiv tar-rilaxxi ta' Cr u ta' Cu. Tal-anqas test analitiku wieħed għandu jsir kull sena minn laboratorju akkreditat, sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut ta' Cr u ta' Cu f'sottokampjun rappreżentativ ta' dawn il-kampjuni. Il-konformità ma' dawn il-kriterji għandha tiġi vverifikata billi jiġi diviż il-kontenut ta' Cr u ta' Cu, kif iddeterminat minn dak it-test analitiku annwali, bis-superfiċje taċ-ċilindru mħaddem waqt l-istampar. Is-superifiċje taċ-ċilindru mħaddem waqt l-istampar tiġi kkalkulata billi tiġi mmultiplikata s-superfiċje taċ-ċilindru (= 2πrL, fejn r hija r-radju u L hija t-tul taċ-ċilindru) bl-għadd ta' produzzjonijiet stampati matul sena (l-għadd ta' kompiti differenti ta' stampar). Il-metodi ta' ttestjar ta' referenza għal CR huma: EN ISO 11885 (Kwalità tal-ilma. Determinazzjoni ta' elementi magħżula bl-ispettrometrija b'emissjoni ottika permezz ta' plażma abbinata b'mod induttiv (ICP-OES)), u EN 1233 (Kwalità tal ilma. Determinazzjoni tal-kromju. Metodi bl-ispettrometrija tal-assorbiment atomiku, u għal CU: EN ISO 11885 (Kwalità tal-ilma. Determinazzjoni ta' elementi magħżula bl-ispettrometrija b'emissjoni ottika permezz ta' plażma abbinata b'mod induttiv (ICP-OES)). |
|
(b) |
Emissjonijiet fl-arja Komposti Organiċi Volatili (VOCs) Għandu jintlaħaq il-kriterju li ġej: (PVOC — RVOC)/Ppaper < 5 [kg/tunnellati] Fejn:
Meta stamperija/post ta' trasformar jużaw teknoloġiji differenti tal-istampar, dan il-kriterju għandu jintlaħaq għal kull waħda minnhom b'mod separat. It-terminu PVOC għandu jiġi kkalkulat mill-informazzjoni SDS marbuta mal-kontenut ta' VOCs, jew minn dikjarazzjoni simili pprovduta mill-fornitur tal-prodotti kimiċi. It-terminu RVOC għandu jiġi kkalkulat mid-dikjarazzjoni dwar il-kontenut ta' VOCs inklużi fil-prodotti kimiċi mibjugħa, jew mir-reġistru tal-għadd intern (jew kwalunkwe dokument ieħor ekwivalenti), li jirrapporta l-ammont annwali tal-VOCs irkuprati jew użati mill-ġdid fuq il-post. Kundizzjonijiet speċifiċi għall-istampar “heat-set” (issettjar bis-sħana):
Għall-punti (i) u (ii), jistgħu jintużaw perċentwali proporzjonalment iktar baxxi minn 90 % u 85 % f'dan il-kalkolu, jekk jintwera li iktar minn 10 % jew 15 %, rispettivament, mill-kilogrammi totali annwali tal-VOCs inklużi fis-soluzzjonijiet għall-umidifikazzjoni jew fl-aġenti tal-ħasil użati għall-produzzjoni annwali tal-prodotti ttrasformati ġew imtaffija fis-sistema ta' trattament għall-gassijiet ta' kombustjoni mill-proċess tat-tnixxif. Valutazzjoni u verifika: għandha tiġi pprovduta, mill-fornitur tal-kimiki, dikjarazzjoni tal-kontenut ta' VOCs fl-alkoħol, l-aġenti tal-ħasil, il-linek, is-soluzzjonijiet għall-umidifikazzjoni, jew prodotti kimiċi oħra korrispondenti. L-applikant għandu jipprovdi evidenza tal-kalkolu skont il-kriterji stipulati hawn fuq. Il-perjodu għall-kalkoli għandu jissejjes fuq il-produzzjoni ta' matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom jissejsu fuq mill-inqas tliet xhur ta' funzjonament rappreżentattiv tal-impjant. |
Kriterju 6 — Skart
|
(a) |
Immaniġġjar tal-iskart Il-faċilità fejn isiru l-prodotti tal-karta ttrasformata għandu jkollha implimentata sistema għall-ġestjoni tal-iskart, inklużi l-prodotti reżidwi ġejjin mill-produzzjoni ta' prodotti tal-karta ttrasformata, kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti lokali u nazzjonali. Is-sistema għandha tiġi ddokumentata jew spjegata, u għandha tinkludi informazzjoni tal-anqas dwar il-punti li ġejjin:
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-proċeduri adottati għall-ġestjoni tal-iskart. Fejn xieraq, kull sena L-applikant għandu jipprovdi d-dikarazzjoni korrispondenti lill-awtorità lokali. Fejn il-ġestjoni tal-iskart tintbagħat f'idejn ħaddieħor, is-sottokuntrattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju wkoll. |
|
(b) |
Karta għall-iskart L-ammont “X” ta' karta għall-iskart ma għandux jaqbeż:
fejn, X = il-kilogrammi annwali ta' karta għall-iskart prodotta waqt l-ittrasformar (inklużi l-proċessi ta' tlestija) tal-prodott tal-karta ttrasformata bl-Ekotikketta, diviżi bit-tunnellati annwali tal-karta mixtrija u użati għall-produzzjoni tal-prodott tal-karta ttrasformata bl-ekotikketta. Fejn l-istamperija twettaq proċessi ta' tlestija f'isem stamperija oħra, l-ammont tal-karta għall-iskart prodotta f'dawk il-proċessi ma għandux jiġi inkluż fil-kalkolu ta' “X”. Fejn il-proċessi ta' tlestija jintbagħtu f'idejn impriża oħra sottokuntrattata, l-ammont tal-karta għall-iskart li jirriżulta mix-xogħol sottokuntrattat għandu jiġi kkalkulat u ddikjarat fil-kalkolu ta' “X”. Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ammont tal-karta għall-iskart, flimkien ma' dikjarazzjoni mill-kuntrattur li jiġbor il-karta għall-iskart mill-istamperija. Għandhom jiġu pprovduti t-termini u l-kalkoli tas-sottokuntrattar fir-rigward tal-ammont tal-karta għall-iskart involut fil-proċessi ta' tlestija. Il-perjodu għall-kalkoli għandu jissejjes fuq il-produzzjoni ta' matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom jissejsu fuq mill-inqas tliet xhur ta' funzjonament rappreżentattiv tal-impjant. |
Kriterju 7 — Użu tal-enerġija
L-istamperija/post ta' ttrasformar għandha tistabbilixxi reġistru tat-tagħmir kollu li jikkonsma l-enerġija (inklużi l-makkinerija, id-dawl, il-kundizzjonament tal-arja, u t-tkessiħ), kif ukoll programm li jikkonsisti f'miżuri għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi r-reġistru tat-tagħmir li jikkonsma l-enerġija flimkien mal-programm ta' titjib.
Kriterju 8 — Taħriġ
Kull membru tal-persunal li jieħu sehem fl-operat ta' kuljum għandu jingħata l-għarfien meħtieġ sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti tal-Ekotikketta tal-UE jintlaħqu u jittejbu kontinwament.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dettalji tal-programm ta' taħriġ, il-kontenut tiegħu, u indikazzjoni dwar liema mill-persunal irċieva t-taħriġ, liema taħriġ u meta. L-applikant għandu jipprovdi wkoll kampjun tal-materjal tat-taħriġ lill-awtorità kompetenti.
Kriterju 9 — Adegwatezza għall-użu
Il-prodott għandu jkun adattat għall-iskop tiegħu.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti li turi l-konformità ma' dan il-kriterju. L-istandards nazzjonali jew kummerċjali, fejn rilevanti, jistgħu jintużaw mill-applikant biex juri l-adegwatezza għall-użu tal-prodotti tal-karta ttrasformata. Għall-boroż tal-ġarr tal-karti, il-metodu ta' referenza ta' ttestjar huwa EN 13590:2003.
Kriterju 10 — Informazzjoni fuq il-boroż tal-ġarr tal-karta
L-informazzjoni li ġejja għandha tidher fuq il-boroż tal-ġarr tal-karta:
“Jekk jogħġbok uża mill-ġdid din il-borża”
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ tal-prodott li jkollu l-informazzjoni meħtieġa.
Kriterju 11 — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
It-tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba għandha tinkludi t-test li ġej:
|
— |
Dan il-prodott huwa riċiklabbli; |
|
— |
Ġew limitati l-emissjonijiet ta' kimiki fl-ajra u fl-ilma mill-produzzjoni tal-karta u mill-proċessi tal-istampar u tal-ittrasformar. |
Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' messaġġi jikkonfondu lill-konsumaturi bejn borża bl-Ekotikketta tal-UE u l-kontenuti tagħha mingħajr l-Ekotikketta tal-UE, boroż tal-ġarr tal-karta għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jinfetħu u jimtlew jew fil-punt tax-xiri jew wara sabiex il-konsumaturi jifhmu li l-Ekotikketta tal-UE hija valida biss għall-borża tal-ġarr tal-karta, u mhux għall-oġġetti miżjuda. Il-logo tal-Ekotikketta tal-UE murija fuq il-borża għandha jkollha l-kliem li ġej “borża tal-ġarr tal-karta bl-Ekotikketta tal-UE”.
Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali jistgħu jinstabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq is-sit elettroniku:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/pdf/logo%20guidelines.pdf
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-prodott tal-karta ttrasformata li juri t-tikketta, flimkien ma' dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkuppjar u għall-karta grafika (ĠU L 149, 8.6.2011, p. 12).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE tat-12 ta' Lulju 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti (ĠU L 202, 28.7.2012, p. 26).
(*1) L-eżenzjoni minn dan il-livell, sa livell ta' 0,1 għandha tingħata meta jkun jista' jintwera li l-livell ogħla ta' P huwa dovut għal P li jseħħ b'mod naturali fil-polpa tal-injam.
(4) Kif iddefiniti fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).
(6) Kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(7) Kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE.
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(9) Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(10) Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE.
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).
(12) Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(13) Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE.
(14) Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1).