EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0205
Council Decision 2014/205/CFSP of 10 April 2014 amending Decision 2011/235/CFSP concerning restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK tal- 10 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK tal- 10 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
ĠU L 109, 12.4.2014, p. 25–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/205/PESK
tal-10 ta' April 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK (1). |
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-13 ta' April 2015. |
(3) |
L-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni inklużi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK għandhom jiġi aġġornati. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2011/235/PESK għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-13 ta' April 2015. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.
Artikolu 2
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' April 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51).
ANNESS
L-entrati tal-persuni fil-lista ta' persuni elenkati hawn taħt għandhom jissostitwixxu l-entrati għalihom li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK:
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
RAJABZADEH Azizollah |
|
Kap tal-Organizzazzjoni ta' Mitigazzjoni tad-Diżastri ta' Teħeran (TDMO). Ex Kap tal-Pulizija ta' Teħeran (sa Jannar 2010). Bħala Kmandant tal-Forzi ta' Infurzar tal-Liġi fi Greater Tehran, Azizollah Rajabzadeh huwa l-akkużat bl-aktar kariga għolja fil-kawża tal-abbużi fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak. |
|
2. |
DORRI-NADJAFABADI Ghorban-Ali |
Post tat-twelid: Najafabad (Iran) Data tat-Twelid: 1945 |
Membru tal-Kunsill ta' Espendjenza u wkoll rappreżentant tal-Mexxej Suprem fil-Provinċja ta' Markazi (“Ċentrali”). Ex Prosekutur Ġenerali tal-Iran sa Settembru 2009 (ex Ministru tal-Intelligence matul il-Presidenza ta' Khatami). Bħala Prosekutur Ġenerali tal-Iran, huwa ordna u ssorvelja l-proċessi spettaklu b'segwitu għall-ewwel protesti ta' wara l-elezzjonijiet, fejn l-akkużati kienu miċħuda d-drittijiet tagħhom, u avukat. Huwa responsabbli wkoll għall-abbużi ta' Kahrizak. |
|
3. |
MORTAZAVI Said |
Post tat-twelid: Meybod, Yazd (Iran) Data tat-twelid: 1967 |
Ex Kap tat-Task Force tal-Iran kontra l-Kuntrabandu, ex Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran sa Awwissu 2009. Bħala Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran, huwa kien ħareġ ordni ġenerali għad-detenzjoni ta' mijiet ta' attivisti, ġurnalisti u studenti. Huwa ġie sospiż mill-kariga f'Awwissu 2010 wara investigazzjoni mill-ġudikatura Iranjana dwar ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' tliet irġiel miżmuma fuq l-ordnijiet tiegħu wara l-elezzjoni. |
|
4. |
ZARGAR Ahmad |
|
Kap tal-“Organizzazzjoni għall-Preservazzjoni tal-Moralità”. Ex Imħallef, Qorti ta' Appell ta' Teħeran, fergħa 36. Huwa kkonferma mandati ta' priġunerija fit-tul u mandati kapitali kontra persuni li pprotestaw. |
|
5. |
ABBASZADEH-MESHKINI, Mahmoud |
|
Gvernatur tal-Provinċja ta' Ilam. Ex Direttur politiku tal-Ministeru tal-Intern. Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi huwa kien jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi. Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi — il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika. Mill-2009 'l quddiem huwa rrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostraturi paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea. Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali. |
10.10.2011 |
6. |
FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan (Magħruf ukoll bħala: FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan) |
Post tat-twelid: Mashad Data tat-twelid: 3.2.1951 |
Bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Iran, huwa l-ogħla kmand militari responsabbli mit-tmexxija tad-diviżjonijiet u l-politiki kollha militari, fosthom il-Korpi tal-Gwardji tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija. Il-forzi taħt il-katina ta' kmand formali tiegħu wettqu repressjoni brutali tad-dimostraturi paċifiċi kif ukoll detenzjonijiet tal-massa. Membru wkoll tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSC) u l-Kunsill ta' Espedjenza. |
10.10.2011 |
7. |
JOKAR Mohammad Saleh |
|
Mill-2011 deputat parlamentari għall-Provinċja ta' Yazd. Ex Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij. Fil-kapaċità tiegħu ta' Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij huwa kien involut b'mod attiv fit-trażżin ta' protesti fl-iskejjel u l-universitajiet u d-detenzjoni extraġudizzjarja ta' attivisti u ġurnalisti. |
10.10.2011 |
8. |
SALARKIA Mahmoud |
Direttur tal-Klabb tal-Futbol ta' Teħeran “Persepolis” |
Kap tal-Kummissjoni tal-Petrol u tat-Trasport tal-Belt ta' Teħeran. Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran għall-Affarijiet tal-Ħabs matul ir-repressjoni tal-2009. Bħala Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran għall-Affarijiet tal-Ħabs huwa kien direttament responsabbli għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li virtwalment dawk kollha arrestati huma, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f'iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta' żmien li jvarja, spiss f'kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma jiġux notifikati bl-arrest. |
10.10.2011 |
9. |
SOURI Hojatollah |
|
Deputat parlamentari għall-Provinċja ta' Lorestan. Membru tal-Kummissjoni Parlamentari għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà. Ex Kap tal-Ħabs ta' Evin. Bħala kap tal-ħabs ta' Evin matul l-2009, huwa kien responsabbli għal abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem li għaddejjin f'dan il-ħabs fi żmienu, bħal swat, u abbużi mentali u sesswali. Skont informazzjoni konsistenti minn sorsi differenti, it-tortura hija prassi komuni fil-ħabs ta' Evin. Fis-Sala 209, qed jinżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-partit fil-gvern. |
10.10.2011 |
10. |
TALA Hossein (Magħruf ukoll bħala: TALA Hosseyn) |
|
Viċi Gvernatur Ġenerali (“Farmandar”) tal-Provinċja ta' Teħeran sa Settembru 2010, b'mod partikolari responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet. F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni. |
10.10.2011 |
11. |
TAMADDON Morteza (Magħruf ukoll bħala: TAMADON Morteza) |
Post tat-twelid: Shahr Kord-Isfahan Data tat-Twelid: 1959 |
Ex Gvernatur Ġenerali tal-Provinċja ta' Teħeran, u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran, membru tal-IRGC. Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran, kellu r-responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta' repressjoni, inkluż ir-repressjoni ta' protesti politiċi minn Ġunju 2009. Huwa magħruf għall-involviment personali tiegħu fil-molestja tal-mexxejja tal-oppożizzjoni Karroubi u Moussavi. |
10.10.2011 |
12. |
BAKHTIARI Seyyed Morteza |
Post tat-twelid: Mashad (Iran) Data tat-Twelid: 1952 |
Ex Ministru tal-Ġustizzja (2009-2013), ex gvernatur ġenerali tal-Isfahan u direttur tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Istat (sa Ġunju 2004). Bħala Ministru tal-Ġustizzja, huwa kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-molestja tad-diaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta' qorti speċjali biex titratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra mill-pajjiż. Bl-isforzi tal-Prosekutur ta' Teħeran, żewġ fergħat tal-qorti tal- prim istanza u dik tal-appelli u diversi fergħat tal-qrati tal-maġistrati ser jiġu assenjati biex jindirizzaw affarijiet ta' dawk li jgħixu barra mill-pajjiż. |
10.10.2011 |
13. |
HOSSEINI Dr Mohammad (Magħruf ukoll bħala: HOSSEYNI, Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid) |
Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman Data tat-Twelid: 1961 |
Ex Ministru tal-Kultura u l-Gwida Iżlamika (2009-2013). Ex-IRGC, kompliċi fir-repressjoni tal-ġurnalisti. |
10.10.2011 |
14. |
MOSLEHI Heydar (Magħruf ukoll bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar) |
Post tat-twelid: Isfahan (Iran) Data tat-Twelid: 1956 |
Ex Ministru tal-Intelligence (2009-2013). Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru tal-Intelligence kompla l-prassi ta' detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni mifruxin ta' dimostranti u dissidenti. Il-Ministeru tal-Intelligence għadu jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta' Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru tal-Intelligence ssoġġettaw lill-ħabsin tas-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali. Bħala ex Ministru tal-Intelligence, Moslehi huwa responsabbli għall-abbużi matul il-mandat tiegħu. |
10.10.2011 |
15. |
TAGHIPOUR Reza |
Post tat-twelid: Maragheh (Iran) Data tat-Twelid: 1957 |
Membru tal-Kunsill tal-Belt ta' Teħeran. Ex Ministru tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (2009-2012). Bħala Ministru tal-informazzjoni, huwa kien wieħed mill-ogħla uffiċjali responsabbli miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-internet u anke kwalunkwe tip ta' komunikazzjoni (partikolarment it-telefons ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta' priġunieri politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tagħhom. F'diversi okkażjonijiet mill-aħħar elezzjoni presidenzjali u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefons ċellulari u s-servizzi tal-sms inqatgħu, il-kanali tat-televiżjoni satellitari ġew iġġamjati, l-internet ġie sospiż lokalment jew mill-anqas, tnaqqsitlu r-rapidità tiegħu. |
23.3.2012 |
16 |
EMADI, Hamid Reza (magħruf ukoll bħala: Hamidreza Emadi) |
Data tat-Twelid: madwar 1973 Post tat-Twelid: Hamedan Post tar-residenza: Teħeran Post tax-xogħol: Press TV HQ, Teħeran |
Direttur ta' Press TV Newsroom. Ex Produttur Għoli ta' Press TV. Responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, inklużi l-ġurnalisti, l-attivisti politiċi, persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, il-ksur ta' drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM immulta lil Press TV GBP 100 000 fir-Renju Unit talli xandar il-konfessjoni furzata mill-ġurnalist u produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. L-NGOs irrapportaw aktar eżempji ta' konfessjonijiet furzati fuq it-TV minn Press TV. Emadi għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt għal proċess korrett u smigħ ġust. |
12.3.2013 |