This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0162
Council Decision 2014/162/EU of 11 March 2014 amending Decision 2004/162/EC with regard to its implementation in Mayotte from 1 January 2014
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/162/UE tal- 11 ta’ Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħha fil-Majott mill- 1 ta’ Jannar 2014
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/162/UE tal- 11 ta’ Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħha fil-Majott mill- 1 ta’ Jannar 2014
ĠU L 89, 25.3.2014, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/162/UE
tal-11 ta’ Marzu 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħha fil-Majott mill-1 ta’ Jannar 2014
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE (2) tawtorizza lill-awtoritajiet Franċiżi jipprevedu eżenzjonijiet jew rati mnaqqsa tad-dazji tal-baċir fir-rigward ta’ prodotti maħduma lokalment fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi li huma elenkati fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni. Dawk l-eżenzjonijiet jew tnaqqis jikkostitwixxu miżuri speċifiċi mfassla biex jikkumpensaw id-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi fejn l-effett tagħhom huwa li jżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni għall-intrapriżi lokali u għalhekk il-prodotti tagħhom diffiċilment jistgħu jikkompetu mal-istess prodotti li joriġinaw fi Franza metropolitana u l-Istati Membri l-oħra. Il-Majott tinsab fl-istess sitwazzjoni bħar-reġjuni Franċiżi l-oħra ultraperiferiċi. |
(2) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE (3), b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, il-Majott saret reġjun ultraperiferiku fis-sens tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Id-dritt tal-Unjoni għandu għalhekk ikun applikabbli għall-Majott minn dik id-data. |
(3) |
L-awtoritajiet Franċiżi talbu li d-Deċiżjoni 2004/162/KE tkun applikabbli għall-Majott b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, u ppreżentaw lista ta’ prodotti li għalihom jixtiequ japplikaw sistema ta’ tassazzjoni differenzjata, abbażi ta’ jekk il-prodotti humiex maħduma lokalment jew le. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni għandha tawtorizza lill-awtoritajiet Franċiżi biex japplikaw sistema ta’ tassazzjoni differenzjata għall-prodotti li għalihom iġġustifikaw: li teżisti produzzjoni lokali; it-tieni, li importazzjoni sinifikanti ta’ beni (inkluż minn Franza metropolitana u Stati Membri oħra) li jistgħu jikkompromettu l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni lokali; u t-tielet, li jeżistu spejjeż addizzjonali li jgħollu l-prezz tal-produzzjoni lokali meta mqabbel mal-prodotti maħduma x’imkien ieħor, u li jikkompromettu l-kompetittività tal-prodotti maħduma lokalment. Id-differenzjal fit-tassazzjoni awtorizzat m’għandux ikun iktar mill-ispejjeż addizzjonali ġġustifikati. L-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji u l-konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni soċjali u ekonomika strutturali speċifika tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku ġdid, li hija aggravata eżattament bl-istess restrizzjonijiet speċjali li ġġustifikaw id-deroga fid-Deċiżjoni 2004/162/KE għar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi l-oħra f’konformità mal-Artikolu 349 TFUE jiġġustifikaw il-miżuri speċifiċi proposti għall-Majott mingħajr ma jmorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju u mingħajr ma joħolqu vantaġġ mhux ġustifikat għall-produzzjoni lokali f’dan ir-reġjun ultraperiferiku ġdid. |
(5) |
Il-prodotti li fir-rigward tagħhom l-awtoritajiet Franċiżi ressqu dawk it-tliet tipi ta’ ġustifikazzjonijiet huma elenkati fil-Partijiet A, B u C tal-Anness għad-Deċiżjoni 2004/162/KE. Il-prodotti kkonċernati elenkati fil-parti A ta’ dak l-Anness (differenzjal tat-tassazzjoni awtorizzat ta’ 10 punti perċentwali) huma l-bżar (il-prodotti 0904 11 u 0904 12 (4)), il-vanilja (0905), iċ-ċikkulata (1806), ċerti prodotti tal-materja plastika (3925 10 10, 3925 90 80, 3926 90 90 u 3926 90 97), il-briks (6901 u 6902) u l-proteżi dentali (9021 21 90). |
(6) |
Il-prodotti kkonċernati elenkati fil-parti B tal-Anness għad-Deċiżjoni 2004/162/KE (differenzjal tat-tassazzjoni awtorizzat ta’ 20 punti perċentwali) huma l-ħut (il-prodotti 0301, 0302, 0303, 0304 u 0305), ċertu xogħol tal-injam (4407, 4409, 4414, 4418, 4419, 4420 u 4421), ċertu xogħol tal-karta jew tal-kartun (4819 u 4821), ċerti prodotti tas-settur tal-istampa u tal-pubblikazzjoni (4902, 4909, 4910 u 4911), ċerti prodotti tal-ħġieġ ċatt (7003 u 7005), ċertu xogħol tal-ħadid (7210, 7301, 7312, 7314, 9406 00 31 u 9406 00 38), ċertu xogħol tal-aluminju (7606, 7610 10 u 8310) u ċerti siġġijiet (9401 69, 9401 90 30 u 9403 40). |
(7) |
Il-prodotti kkonċernati elenkati fil-parti C tal-Anness għad-Deċiżjoni 2004/162/KE (differenzjal tat-tassazzjoni awtorizzat ta’ 30 punti perċentwali) huma l-ħalib u l-prodotti magħmulin mill-ħalib (il-prodotti 0401, 0403 u 0406), ċerti prodotti pproċessati abbażi ta’ laħam (1601 u 1602), ċerti prodotti tal-laħam u tal-pastiċċerija (1901 u 1905), il-ġelati (2105), l-ilma minerali u s-soft drinks (2201 u 2202), il-birra (2203), ylang-ylang (3301 29 11 u 3301 29 31), is-sapun u d-deterġenti (3401 u 3402) u s-saqqijiet tal-foam (9404 29 90). |
(8) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/162/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(9) |
Minħabba l-ħtieġa urġenti li l-Majott ikun jista’, bħala reġjun ultraperiferiku ġdid, jibbenefika mid-derogi introdotti b’din id-Deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr, għandha ssir eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE. |
(10) |
Peress li l-Majott saret reġjun ultraperiferiku fl-1 ta’ Jannar 2014, u sabiex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza legali, jinħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2004/162/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) jinbidel b’dan li ġej: “B’deroga mill-Artikoli 28, 30 u 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-awtoritajiet Franċiżi għandhom ikunu awtorizzati, sal-1 ta’ Lulju 2014, li jagħtu eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa imsejħa ‘d-dazji tal-baċir’ fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness li huma maħduma lokalment fil-Gwadelup, il-Gujana, Martinique, il-Majott u Réunion bħala reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE.”; |
(2) |
l-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STOURNARAS
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Frar 2014.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tal-10 ta' Frar 2004 dwar l-iskema tad-dazji tal-baċir fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u li testendi l-perijodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 89/688/KEE (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 64).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta’ Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131).
(4) Skont il-klassifikazzjoni fin-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni.