Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0153

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/153/PESK tal- 20 ta’ Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

    ĠU L 85, 21.3.2014, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/03/2021; Impliċitament imħassar minn 32021D0449

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/153/oj

    21.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 85/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/153/PESK

    tal-20 ta’ Marzu 2014

    li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (1).

    (2)

    Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, il-miżuri restrittivi li jinsabu f'dik id-Deċżjoni għandhom jiġġeddu sat-22 ta' Marzu 2015.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif adatt,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, it-tieni paragrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta' Marzu 2015.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. KOURKOULAS


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63).


    Top