EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0152

2014/152/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/1/2014 tat- 18 ta’ Marzu 2014 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni Atalanta/3/2013

ĠU L 85, 21.3.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2014; Imħassar b' 32014D0500

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/152(1)/oj

21.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/1/2014

tat-18 ta’ Marzu 2014

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni Atalanta/3/2013

(2014/152/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (‘KPS’) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet biex jinħatar il-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta’ atti ta’ piraterija u serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (‘Kmandant tal-Forza tal-UE’).

(2)

Fit-2 ta’ Diċembru 2013, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/3/2013 (2) li taħtar il-Viċi Ammiral Hervé BLEJEAN bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE irrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammiral (LH) Jürgen zur MÜHLEN bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE bħala s-suċċessur tal-Viċi Ammiral Hervé BLEJEAN.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni Atalanta/3/2013 għandha għalhekk titħassar.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall (LH) Jürgen zur MÜHLEN huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mis-6 ta’ April 2014.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni Atalanta/3/2013 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ April 2014.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/3/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (ĠU L 324, 5.12.2013, p. 7).


Top