Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0151

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/151/PESK tal- 21 ta' Marzu 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

    ĠU L 86, 21.3.2014, p. 30–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/151/oj

    21.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 86/30


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/151/PESK

    tal-21 ta' Marzu 2014

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

    (2)

    Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li persuni addizzjonali għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness għad-Deċizjoni 2014/145/PESK.

    (3)

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. KOURKOULAS


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16


    ANNESS

    Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1

     

    Isem

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Rogozin, Dmitry Olegovich

    d.t.t. 21.12.1963; f'Moska

    Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa.

    Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

    21.3.2014

    2.

    Glazyev, Sergey

    d.t.t. 1.1.1961, Zaporozhye, (RSS Ukraina)

    Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa.

    Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

    21.3.2014

    3.

    Matviyenko, Valentina Ivanova

    d.t.t. 7.4.1949, Shepetovka, Khmelnitskyi oblast (RSS Ukraina)

    Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina.

    21.3.2014

    4.

    Naryshkin, Sergei Evgenevich

    d.t.t. 27.10.1954,

    San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

    Speaker tal-Istat ta' Duma. Appoġġa pubblikament il- mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. Appoġġa pubblikament it-trattat tar-riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata.

    21.3.2014

    5.

    Kiselyov, Dmitry Konstantinovich

    d.t.t. 26.4.1954

    Maħtur b'Digriet Presidenzjali fid-9 ta' Diċembru 2013. Kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Istat Federali Russu "Rossiya Segodnya".

    Figura ċentrali tal-propaganda tal-gvern li tappoġġa l-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina.

    21.3.2014

    6.

    Nosatov, Alexander Mihailovich

    d.t.t. 27.3.1963 Sevastopol, (RSS Ukraina)

    Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall

    Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina.

    21.3.2014

    7.

    Kulikov, Valery Vladimirovich

    d.t.t. 1.9.1956, Zaporozhye, (RSS Ukraina)

    Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall

    Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina.

    21.3.2014

    8.

    Surkov, Vladislav Yurievich

    d.t.t. 21.9.1964, Solntsevo, Lipetsk

    Assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li permezz tiegħu l-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet sabiex jheddu l-awtoritajiet tal-Ukraina fil-Krimea.

    21.3.2014

    9.

    Mikhail Malyshev

    President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea

    Responsabbli mill-amministrazzjoni tar-referendum fil-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum.

    21.3.2014

    10.

    Valery Medvedev

    President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol

    Responsabbli mill-amministrazzjoni tar-referendum fil-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum.

    21.3.2014

    11.

    Logutenent Ġeneral Igor Turchenyuk

    Kmandat tal-forzi Russi fil-Krimea

    Il-Kmandant de-facto tat-truppi Russi mobilizzati fit-territorju tal-Krimea (li r-Russja tkompli tirreferi għalihom uffiċjalment bħala "milizji lokali għall-awtodifiża").

    21.3.2014

    12.

    Elena Borisovna Mizulina

    Viċi fl-Istat ta' Duma

    Oriġinatur u ko-sponsor ta' bidliet leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu jippermettu reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel tal-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

    21.3.2014


    Top