EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0146

2014/146/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju

ĠU L 79, 18.3.2014, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/146(1)/oj

Related international agreement
Related international agreement

18.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2014

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju

(2014/146/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika tal-Mawrizju Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, li jagħti lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika tal-Mawrizju teżerċita s-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħha.

(2)

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju (“il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd”) ġie ffirmat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/670/UE tad-9 ta’ Ottubru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju (1).

(3)

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f’isem l-Unjoni, in-notifiki previsti fl-Artikolu 17 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd (2).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 300, 30.10.2012, p. 34.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top