This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0138
2014/138/CFSP: Political and Security Committee Decision EUFOR RCA/2/2014 of 11 March 2014 on the establishment of the Committee of Contributors for the European Union military operation in the Central African Republic (EUFOR RCA)
2014/138/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUFOR RCA/2/2014 tal- 11 ta’ Marzu 2014 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)
2014/138/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUFOR RCA/2/2014 tal- 11 ta’ Marzu 2014 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)
ĠU L 76, 15.3.2014, pp. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
15.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUFOR RCA/2/2014
tal-11 ta’ Marzu 2014
dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)
(2014/138/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/73/PESK tal-10 ta’ Frar 2014 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 8(5) tad-Deċiżjoni 2014/73/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri (KtK) għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA). |
|
(2) |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Nizza tas-7, it-8 u d-9 ta’ Diċembru 2000 u dawk ta’ Brussell tal-24 u l-25 ta’ Ottubru 2002 stabbilixxew l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet u l-istabbiliment ta’ KtK. |
|
(3) |
Il-KtK għandu jkun forum biex jiġu diskussi l-problemi kollha, fir-rigward tal-ġestjoni ta’ EUFOR RCA, mal-Istati terzi li jikkontribwixxu. Il-KPS, li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EUFOR RCA, għandu jieħu kont tal-fehmiet espressi mill-KtK. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u la hi marbuta biha u lanqas hi soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbilment u termini ta’ referenza
B’dan huwa stabbilit Kumitat ta’ Kontributuri (KtK) għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA). It-termini ta’ referenza tiegħu huma stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Nizza tas-7, it-8 u d-9 ta’ Diċembru 2000 u dawk ta’ Brussell tal-24 u l-25 ta’ Ottubru 2002.
Artikolu 2
Kompożizzjoni
1. Il-membri tal-KtK għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
— |
rappreżentanti tal-Istati Membri kollha, |
|
— |
rappreżentanti ta’ Stati terzi li jipparteċipaw fl-EUFOR RCA u li jipprovdu kontributi sinifikanti. |
2. Għal-laqgħat tal-KtK jista’ jattendi wkoll rappreżentant tal-Kummissjoni.
Artikolu 3
Informazzjoni mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE
Il-KtK għandu jirċievi informazzjoni mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.
Artikolu 4
Presidenza
Il-KtK għandu jkun ippresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, jew mir-rappreżentant tiegħu jew tagħha, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, jew mir-rappreżentant tiegħu jew tagħha.
Artikolu 5
Laqgħat
1. Il-KtK għandu jitlaqqa’ mill-President fuq bażi regolari. Fejn iċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu, jistgħu jissejħu laqgħat ta’ emerġenza fuq inizjattiva tal-President, jew fuq talba ta’ membru.
2. Il-President għandu jiċċirkola minn qabel aġenda provviżorja u d-dokumenti relatati mal-laqgħa. Il-President għandu jkun responsabbli biex iwassal lill-KPS l-eżitu tad-diskussjonijiet tal-KtK.
Artikolu 6
Kunfidenzjalità
1. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2), ir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill għandhom japplikaw għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-KtK. B’mod partikolari, ir-rappreżentanti fil-KtK għandhom ikunu fil-pussess ta’ awtorizzazzjoni adegwata ta’ sigurtà.
2. Id-deliberazzjonijiet tal-KtK għandhom ikunu koperti bl-obbligu tas-segretezza professjonali, sakemm il-KtK ma jiddeċidix unanimament mod ieħor.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 40, 11.2.2014, p. 59.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).