EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0097

2014/97/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Novembru 2013 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà

ĠU L 50, 20.2.2014, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/97(1)/oj

20.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/19


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Novembru 2013

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà

(2014/97/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi, wara li eżaminaw il-possibbiltajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt l-Intestatura 1b, jidher li hemm bżonn tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 1b, ta’ EUR 89 330 000, favur il-finanzjament tal-programmi ta’ Fondi Strutturali Ċiprijotti biex tingħata allokazzjoni addizzjonali mill-Fondi Strutturali lil Ċipru għas-sena 2014 b’ammont totali ta’ EUR 100 000 000,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, l-Istrument ta’ Flessibbiltà għandu jintuża biex tiġi pprovduta s-somma ta’ EUR 89 330 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn taħt l-intestatura 1b.

Dak l-ammont għandu jintuża biex jikkomplimenta l-finanzjament tal-programmi tal-Fondi Strutturali Ċiprijotti taħt l-intestatura 1b.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Novembru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

V. LEŠKEVIČIUS


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.


Top