This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0060
2014/60/EU: Council Decision of 28 January 2014 on the conclusion of the Protocol setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the European Community, on the one hand, and the Republic of Kiribati, on the other
2014/60/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2014 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra
2014/60/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2014 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra
ĠU L 38, 7.2.2014, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Jannar 2014
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra
(2014/60/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta’ Lulju 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 893/2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”). Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim skada fil-15 ta’ Settembru 2012. |
(2) |
L-Unjoni nnegozjat Protokoll ġdid mar-Repubblika ta’ Kiribati li jipprovdi lill-bastimenti tas-sajd tal-UE b’opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fuqhom ir-Repubblika ta’ Kiribati teżerċita s-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħha (“il-Protokoll”). |
(3) |
Il-Protokoll ġie ffirmat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/669/UE (2) u ġie applikat fuq bażi provviżorja mis-16 ta’ Settembru 2012 ’l hawn. |
(4) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra, (“il-Protokoll”), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f’isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 16 tal-Protokoll (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STOURNARAS
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/669/UE tad-9 ta’ Ottubru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (ĠU L 300, 30.10.2012, p. 2).
(3) Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 300, 30.10.2012, p. 3, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.