Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0045

2014/45/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2014 li taħtar membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ĠU L 27, 30.1.2014, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/45(1)/oj

30.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/58


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2014

li taħtar membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2014/45/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Sinne CONAN,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Anders LADEFOGED hu b'dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)   ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


Top