Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 32013R1421

    Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1421/2013 tat- 30 ta’ Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

    ĠU L 355, 31.12.2013., 1./15. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dokumenta juridiskais statuss Spēkā

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2013/1421/oj

    31.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 355/1


    REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1421/2013

    tat-30 ta’ Ottubru 2013

    li jemenda l-Anness I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(2), 5(3) u 17(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistipula li l-lista ta’ pajjiż eliġibbli għandha tiġi emendata biex jitqiesu tibdiliet fl-istatus internazzjonali jew fil-klassifikazzjoni ta’ pajjiżi. Il-lista ta’ pajjiżi eliġibbli hija stabbilita fl-Anness I għal dak ir-Regolament.

    (2)

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament ġenerali tas-Sistema ta’ Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ). Skont it-tali kriterji, pajjiż li kien ikklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul għoli jew bi dħul medju superjuri għal tliet snin konsekuttivi m’għandux jibbenefika mit-tali preferenzi. Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament ġenerali tas-SPĠ hija stabbilita fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

    (3)

    L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistipula li pajjiż, li jkun identifikat min-Nazzjonijiet Uniti bħala pajjiż l-anqas żviluppat jibbenefika mill-preferenzi tariffarji taħt l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati (EBA — Kollox Barra l-Armi). Il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji EBA hija stabbilita fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament.

    (4)

    Ir-Repubblika tal-Kroazja (minn hawn’ il quddiem il-Kroazja) saret membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013. Għalhekk, il-Kroazja titneħħa mill-Anness I.

    (5)

    Ir-Repubblika tas-Sudan t’Isfel (minn hawn ‘il quddiem is-Sudan t’Isfel) saret Stat indipendenti. Fl-14 ta’ Lulju 2011 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżoluzzjoni A/RES/65/308 li daħħlet is-Sudan t’Isfel bħala membru fin-Nazzjonijiet Uniti. Fit-18 ta’ Diċembru 2012 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżolużjoni A/RES/67/136 li żiedet lis-Sudan t’Isfel mal-lista tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati. Għalhekk, is-Sudan ta’ Isfel jiddaħħal fl-Anness I, l-Anness II u l-Anness IV.

    (6)

    Ir-Regolament (UE) Nru 607/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 li jirtira temporanjament l-aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-Mjanmar/Burma (2) ħassar it-tneħħija temporanja tal-aċċess tal-Mjanmar/Burma għat-tariffi preferenziarji tal-iskema ġeneralizzata ta’ preferenzi (SĠP). Għalhekk, il-Mjanmar/Burma għandha titneħħew mit-tabella fl-Anness I, li telenka l-“Pajjiżi eliġibbli għall-iskema msemmija fl-Artikolu 3 li ġew temporanjament irtirati mill-iskema, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi”, mit-tabella tal-Anness II li telenka l-“Pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament ġenerali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) ġew temporanjament irtirati mill-iskema, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi” u mit-tabella tal-Anness IV li telenka l-“Pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) li ġew temporanjament irtirati mill-iskema, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi”

    (7)

    Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (minn hawn’ il quddiem “iċ-Ċina), ir-Repubblika tal-Ekwador (minn hawn’ il quddiem l-Ekwador), ir-Repubblika tal-Maldivi (minn hawn ‘l quddiem il-Maldivi) u r-Renju tat-Tajlandja (minn hawn’ il quddiem it-Tajlandja) ġew klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi bi dħul medju superjuri fl-2011, il-2012 u l-2013. Għaldaqstant, iċ-Ċina, l-Ekwador, il-Maldivi u t-Tajlandja għandhom jitneħħew mill-Anness II minnsena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    (8)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1127/2010 (3) jistabbilixxi perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin għall-irtirar tal-Maldivi mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati (Kollox barra armi (EBA)) u jistipula t-tneħħija tal-Maldivi mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji EBA mill-1 ta’ Jannar 2014. Għalhekk, il-Maldivi għandhom jitneħħew mill-Anness IV.

    (9)

    L-Artikolu 5(2) tar-Regolament SĠP jistipula li l-pajjiż benefiċjarju tal-SĠP u l-operaturi ekonomiċi jkollhom żmien biżżejjed għall-adattament ordnat għall-bidla fl-istatus tal-pajjiż skont l-iskema. Dan il-perjodu għandu jkun indikat għal kull pajjiż benefiċjarju tal-SĠP ikkonċernat fl-Anness rispettiv tar-Regolament (UE) Nru 978/2012,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness I jiġi sostitwit bit-test kif jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    L-Annex II jiġi sostitwit bit-test kif jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    (3)

    L-Anness IV jiġi sostitwit bit-test kif jidher fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-1 ta’ Jannar 2014.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 181, 29.6.2013, p. 13.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1127/2010 tat- 3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi perjodu tranżitorju għat-tneħħija tar-Repubblika tal-Maldivi mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill- 1 ta’ Jannar 2009 sal- 31 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 318, 4.12.2010, p. 15).


    ANNESS I

    “ANNESS I

    Pajjiżi eliġibbli  (1) għall-iskema msemmija fl-Artikolu 3

    Kolonna A

    :

    kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni

    Kolonna B

    :

    isem

    A

    B

    AE

    L-Emirati Għarab Magħquda

    AF

    L-Afganistan

    AG

    Antigwa u Barbuda

    AL

    L-Albanija

    AM

    L-Armenja

    AO

    L-Angola

    AR

    L-Arġentina

    AZ

    L-Ażerbajġan

    BA

    Il-Bosnja-Ħerzegovina

    BB

    Il-Barbados

    BD

    Il-Bangladexx

    BF

    Burkina Faso

    BH

    Il-Baħrejn

    BI

    Il-Burundi

    BJ

    Il-Benin

    BN

    Il-Brunej Darussalam

    BO

    Il-Bolivja

    BR

    Il-Brażil

    BS

    Il-Baħamas

    BT

    Il-Butan

    BW

    Il-Botswana

    BY

    Il-Belarus

    BZ

    Il-Beliże

    CD

    Il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika ta'

    CF

    Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    CG

    Il-Kongo

    CI

    Il-Côte d’Ivoire

    CK

    Il-Gżejjer Cook

    CL

    Iċ-Ċilì

    CM

    Il-Kamerun

    CN

    Iċ-Ċina, ir-Repubblika Popolari ta'

    CO

    Il-Kolombja

    CR

    Il-Kosta Rika

    CU

    Kuba

    CV

    Il-Kap Verde

    DJ

    Ġibuti

    DM

    Dominika

    DO

    Ir-Repubblika Dominikana

    DZ

    L-Alġerija

    EC

    L-Ekwador

    EG

    L-Eġittu

    ER

    L-Eritrea

    ET

    L-Etjopja

    FJ

    Fiġi

    FM

    Il-Mikroneżja, l-Istati Federati ta'

    GA

    Il-Gabon

    GD

    Grenada

    GE

    Il-Ġeorġja

    GH

    Il-Gana

    GM

    Il-Gambja

    GN

    Il-Ginea

    GQ

    Il-Ginea Ekwatorjali

    GT

    Il-Gwatemala

    GW

    Il-Ginea Bissaw

    GY

    Il-Gujana

    HK

    Ħong Kong

    HN

    Il-Ħonduras

    HT

    Ħaiti

    ID

    L-Indoneżja

    IN

    L-Indja

    IQ

    L-Iraq

    IR

    L-Iran

    JM

    Il-Ġamajka

    JO

    Il-Ġordan

    KE

    Il-Kenja

    KG

    Ir-Repubblika Kirgiża

    KH

    Il-Kambodja

    KI

    Il-Kiribati

    KM

    Il-Komoros

    KN

    St Kitts u Nevis

    KW

    Il-Kuwajt

    KZ

    Il-Kazakistan

    LA

    Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos

    LB

    Il-Libanu

    LC

    Santa Luċija

    LK

    Is-Sri Lanka

    LR

    Il-Liberja

    LS

    Il-Lesoto

    LY

    Il-Ġamaħirija Għarbija Libjana

    MA

    Il-Marokk

    MD

    Ir-Repubblika tal-Moldova

    ME

    Il-Montenegro

    MG

    Il-Madagaskar

    MH

    Il-Gżejjer Marshall

    MK

    Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

    ML

    Il-Mali

    MM

    Burma/Mjanmar

    MN

    Il-Mongolja

    MO

    Il-Makaw

    MR

    Il-Mawritanja

    MU

    Il-Mawrizju

    MV

    Il-Maldive

    MW

    Il-Malawi

    MX

    Il-Messiku

    MY

    Il-Malasja

    MZ

    Il-Możambik

    NA

    In-Namibja

    NE

    In-Niġer

    NG

    In-Niġerja

    NI

    In-Nikaragwa

    NP

    In-Nepal

    NR

    Nauru

    NU

    Nju

    OM

    L-Oman

    PA

    Il-Panama

    PE

    Il-Perù

    PG

    Il-Papwa Ginea Ġdida

    PH

    Il-Filippini

    PK

    Il-Pakistan

    PW

    Il-Palaw

    PY

    Il-Paragwaj

    QA

    Il-Qatar

    RU

    Il-Federazzjoni Russa

    RW

    Ir-Rwanda

    SA

    L-Arabja Sawdija

    SB

    Il-Gżejjer Solomon

    SC

    Is-Seychelles

    SD

    Is-Sudan

    SL

    Sjerra Leone

    SN

    Is-Senegal

    SO

    Is-Somalja

    SR

    Is-Surinam

    SS

    Is-Sudan t’Isfel

    ST

    Sao Tomé u Prinċipe

    SV

    El Salvador

    SY

    Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

    SZ

    Is-Sważiland

    TD

    Iċ-Ċad

    TG

    It-Togo

    TH

    It-Tajlandja

    TJ

    It-Taġikistan

    TL

    Timor Leste

    TM

    It-Turkmenistan

    TN

    It-Tuneżija

    TO

    It-Tonga

    TT

    Trinidad u Tobago

    TV

    It-Tuvalu

    TZ

    It-Tanzanija

    UA

    L-Ukraina

    UG

    L-Uganda

    UY

    L-Urugwaj

    UZ

    L-Uzbekistan

    VC

    St Vincent u l-Grenadini

    VE

    Il-Venezwela

    VN

    Il-Vjetnam

    VU

    Il-Vanwatu

    WS

    Is-Samoa

    XK

    Il-Kosovo (2)

    XS

    Is-Serbja

    YE

    Il-Jemen

    ZA

    L-Afrika t’Isfel

    ZM

    Iż-Żambja

    ZW

    Iż-Żimbabwe

    Pajjiżi eliġibbli għall-iskema msemmija fl-Artikolu 3 li ġew temporanjament irtirati mill-iskema, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi

    Kolonna A

    :

    kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni

    Kolonna B

    :

    isem

    A

    B

    BY

    Il-Belarus”


    (1)  Din il-lista tinkludi pajjiżi li mingħandhom setgħu kienu rtirati jew sospiżi preferenzi temporanjament. Irid ikun possibbli għall-Kummissjoni jew għall-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jipprovdu lista aġġornata.

    (2)  Din id-deżinjazzjoni hi mingħajr preġudizzjoni għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU 1244(1999) u l-Opinjoni tal-Ġustizzja Internazzjonali dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


    ANNESS II

    “ANNESS II

    Pajjiżi benefiċjarji  (1) tal-arranġament ġenerali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2)

    Kolonna A

    :

    kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni

    Kolonna B

    :

    isem

    A

    B

    AF

    L-Afganistan

    AM

    L-Armenja

    AO

    L-Angola

    BD

    Il-Bangladexx

    BF

    Il-Burkina Faso

    BI

    Il-Burundi

    BJ

    Il-Benin

    BO

    Il-Bolivja

    BT

    Il-Butan

    CD

    Il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika ta'

    CF

    Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    CG

    Il-Kongo

    CK

    Il-Gżejjer Cook

    CN

    Iċ-Ċina, or-Repubblika Popolari ta'

    CO

    Il-Kolombja

    CR

    Il-Kosta Rika

    CV

    Il-Kap Verde

    DJ

    Ġibuti

    EC

    L-Ekwador (*)

    ER

    L-Eritrea

    ET

    L-Etjopja

    FM

    Il-Mikroneżja, l-Istati Federati ta'

    GE

    Il-Ġeorġja

    GM

    Il-Gambja

    GN

    Il-Ginea

    GQ

    Il-Ginea Ekwatorjali

    GT

    Il-Gwatemala

    GW

    Il-Ginea Bissaw

    HN

    Il-Ħonduras

    HT

    Ħaiti

    ID

    L-Indoneżja

    IN

    L-Indja

    IQ

    L-Iraq

    KG

    Ir-Repubblika Kirgiża

    KH

    Il-Kambodja

    KI

    Il-Kiribati

    KM

    Il-Komoros

    LA

    Ir-Repubblika Popolari Demokratika tal-Laos

    LK

    Is-Sri Lanka

    LR

    Il-Liberja

    LS

    Il-Lesoto

    MG

    Il-Madagaskar

    MH

    Il-Gżejjer Marshall

    ML

    Il-Mali

    MM

    Burma/Mjanmar

    MN

    Il-Mongolja

    MR

    Il-Mawritanja

    MV

    Il-Maldive (*)

    MW

    Il-Malawi

    MZ

    Il-Możambik

    NE

    In-Niġer

    NG

    In-Niġerja

    NI

    In-Nikaragwa

    NP

    In-Nepal

    NR

    Nauru

    NU

    Nju

    PA

    Il-Panama

    PE

    Il-Peru

    PH

    Il-Filippini

    PK

    Il-Pakistan

    PY

    Il-Paragwaj

    RW

    Ir-Rwanda

    SB

    Il-Gżejjer Solomon

    SD

    Is-Sudan

    SL

    Sjerra Leone

    SN

    Is-Senegal

    SO

    Is-Somalja

    SS

    Is-Sudan t’Isfel

    ST

    Sao Tomé u Prinċipe

    SV

    El Salvador

    SY

    Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

    TD

    Iċ-Ċad

    TG

    It-Togo

    TH

    It-Tajlandja (*)

    TJ

    It-Taġikistan

    TL

    Timor Leste

    TM

    It-Turkmenistan

    TO

    Tonga

    TV

    Tuvalu

    TZ

    It-Tanzanija

    UA

    L-Ukraina

    UG

    L-Uganda

    UZ

    L-Uzbekistan

    VN

    Il-Vjetnam

    VU

    Il-Vanwatu

    WS

    Is-Samoa

    YE

    Il-Jemen

    ZM

    Iż-Żambja

    Pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament ġenerali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) li ġew irtirati temporanjament minn dan l-arranġament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi

    Kolonna A

    :

    kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni

    Kolonna B

    :

    isem

    A

    B”

     

     


    (1)  Din il-lista tinkludi pajjiżi li mingħandhom setgħu kienu rtirati jew sospiżi preferenzi temporanjament. Irid ikun possibbli għall-Kummissjoni jew għall-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jipprovdu lista aġġornata.

    (*)  Dan il-pajjiż benefiċjarju għandu jitneħħa mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament


    ANNESS III

    “ANNESS IV

    Pajjiżi benefiċjarji  (1) tal-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2)

    Kolonna A

    :

    kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni

    Kolonna B

    :

    isem

    A

    B

    AF

    L-Afganistan

    AO

    L-Angola

    BD

    Il-Bangladexx

    BF

    Il-Burkina Faso

    BI

    Il-Burundi

    BJ

    Il-Benin

    BT

    Il-Butan

    CD

    Il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika ta'

    CF

    Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    DJ

    Ġibuti

    ER

    L-Eritrea

    ET

    L-Etjopja

    GM

    Il-Gambja

    GN

    Il-Ginea

    GQ

    Il-Ginea Ekwatorjali

    GW

    Il-Ginea Bissaw

    HT

    Ħaiti

    KH

    Il-Kambodja

    KI

    Il-Kiribati

    KM

    Il-Gżejjer Komoros (Gżejjer)

    LA

    Laos (Ir-Repubblika Demokratika Popolari ta')

    LR

    Il-Liberja

    LS

    Il-Lesoto

    MG

    Il-Madagaskar

    ML

    Mali

    MM

    Burma/Mjanmar

    MR

    Il-Mawritanja

    MW

    Il-Malawi

    MZ

    Il-Możambik

    NE

    In-Niġer

    NP

    In-Nepal

    RW

    Ir-Rwanda

    SB

    Il-Gżejjer Solomon

    SD

    Is-Sudan

    SL

    Sjerra Leone

    SN

    Is-Senegal

    SO

    Is-Somalja

    SS

    Is-Sudan t’Isfel

    ST

    Sao Tome u Principle

    TD

    Iċ-Ċad

    TG

    It-Togo

    TL

    Timor Leste

    TV

    Tuvalu

    TZ

    It-Tanzanija (Ir-Repubblika ta’)

    UG

    L-Uganda

    VU

    Il-Vanwatu

    WS

    Is-Samoa

    YE

    Il-Jemen

    ZM

    Iż-Żambja

    Pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament ġenerali msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) li kienu rtirati temporanjament minn dan l-arranġament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi

    Kolonna A

    :

    kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni

    Kolonna B

    :

    isem

    A

    B”

     

     


    (1)  Din il-lista tinkludi pajjiżi li mingħandhom setgħu kienu rtirati jew sospiżi preferenzi temporanjament. Il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż konċernat ser ikunu jistgħu jipprovdu lista aġġornata.


    Augša