Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1374

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1374/2013 tad- 19 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 36 Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 346, 20.12.2013, p. 38–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1374/oj

    20.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 346/38


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1374/2013

    tad-19 ta’ Diċembru 2013

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 36

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

    (2)

    Fid-29 ta’ Mejju 2013 il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità ippubblika emendi għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 36 Indeboliment tal-Assi. L-għan tal-emendi huwa li jiġi ċċarat li l-ambitu tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ammont rekuperabbli tal-assi, fejn dak l-ammont huwa bbażat fuq il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment, huwa limitat għal assi indeboliti.

    (3)

    Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IAS 36 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

    (4)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 36 Indeboliment tal-Assi hu emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.


    ANNESS

    STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

    IAS 36

    IAS 36

    Taħsir tal-Assi

    “Ir-riproduzzjoni hija permessa fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ riproduzzjoni għal finijiet ta’ użu personali jew għal tranżazzjoni ġusta. Tista’ tinkiseb iktar informazzjoni mill- IASB fis-sit www.iasb.org”

    Divulgazzjonijiet tal-Ammont Rekuperabbli għal Assi Non-Finanzjarji

    Emendi għal IAS 36 Taħsir tal-Assi

    Il-paragrafi 130 u 134 u l-intestatura fuq il-paragrafu 138 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 140 J.

    DIVULGAZZJONI

    130.

    Entità għandha tiżvela dan li ġej għal assi individwali (inkluż avvjament) jew unità li tiġġenera l-flus, li għaliha jkun ġie rikonuxxut jew treġġa’ lura telf minn indeboliment tul il-perjodu:

    (a)

    (e)

    l-ammont rekuperabbli tal-assi (unità li tiġġenera l-flus) u jekk l-ammont rekuperabbli tal-assi (unità li tiġġenera l-flus) hux il-valur ġust tiegħu neħħi l-kostijiet tad-disponiment jew il-valur tiegħu waqt li jintuża.

    (f)

    jekk l-ammont rekuperabbli jkun il-valur ġust neħħi l-kostijiet tad-disponiment. l-entità għandha tiżvela t-tagħrif li ġej:

    (i)

    il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust (ara IFRS 13) li l-kejl tal-valur ġust tal-ass (unità li tiġġenera l-flus) ikun ikkategorizzat fih fl-intier tiegħu (mingħajr ma jitqies jekk “il-kostijiet tad-disponiment” ġewx osservati);

    (ii)

    għall-kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 2 u l-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, deskrizzjoni tat-teknika/i ta’ valutazzjoni użati għall-kejl tal-valur ġust neħħi l-kostijiet tad-disponiment. Jekk kien hemm bidla fit-tkenika tal-valutazzjoni, l-entità għandha tiżvela dik il-bidla u r-raġuni(jiet) għalfejn saret; u

    (iii)

    għall-kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 2 u l-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, kull preżunzjoni ewlenija li t-tmexxija ibbażat fuqha biex tiddetermina l-valur ġust neħħi l-kostijiet tad-disponiment. Il-preżunzjonijiet ewlenin huma dawk li l-ammont rekuperabbli tal-assi (unità li tiġġenera l-flus) huwa l-aktar sensittiv. L-entità għandha tiżvela wkoll ir-rata/i ta’ skont użat fil-kejl attwali u fil-kejl preċedenti jekk il-valur ġust neħħi l-kostijiet ta’ disponiment jitkejjel bl-użu ta’ teknika ta’ valur preżenti.

    (g)

    Stimi użati għall-kejl ta’ ammonti rekuperabbli ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għandhom avvjament jew assi intanġibbli bi żmien indefinit ta’ utilità

    134.

    Entità għandha tiżvela l-informazzjoni meħtieġa minn (a)–(f) għal kull unità li tiġġenera l-flus (grupp ta’ unitajiet) li għaliha l-ammont riportat ta’ avvjament jew assi intanġibbli bi żmien ta’ utilità indefinit allokat għal dik l-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun sinifikanti meta mqabbel mal-ammont riportat totali tal-entità ta’ avvjament jew assi intanġibbli b’ħajjiet ta’ utilità indefiniti:

    (a)

    (c)

    il-bażi li l-ammont li jista’ jiġi rkuprat tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ġie stabbilit fuqha (jiġifieri l-valur fl-użu jew il-valur ġust neħħi l-kostijiet tad-disponiment).

    (d)

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U DATA EFFETTIVA

    138.

    ...

    140J

    F’Mejju 2013, il-paragrafi 130 u 134 u l-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 138 ġew emendati. Entità għandha tapplika dawk l-emendi retrospettivament għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2014. Hija permessa applikazzjoni iktar kmieni. Entità ma għandhiex tapplika dawk l-emendi fil-perjodi (inklużi perjodi komparattivi) fejn ma tapplikax ukoll IFRS 13.


    Top