Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1341

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1341/2013 tat- 13 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa f’Novembru 2013 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

    ĠU L 335, 14.12.2013, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1341/oj

    14.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 335/30


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1341/2013

    tat-13 ta’ Diċembru 2013

    li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa f’Novembru 2013 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati tal-importazzjoni (2) [titlu mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Billi:

    L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa bejn l-20 u t-30 ta’ Novembru 2013 għal ċerti kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3), jirrigwardaw kwantitajiet ogħla minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat kemm jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġu ffissati l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-kwoti tariffarji msemmija fit-taqsimiet I.A, I.F, I.H, I.I, u I.J u I.K tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, imressqa matul il-perjodu bejn l-20 u t-30 ta’ Novembru 2013, jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba, bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni ffissati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.


    ANNESS

    I.A

    Numru tal-kwota tariffarja

    Koeffiċjent tal-allokazzjoni

    09.4590

    09.4599

    100  %

    09.4591

    09.4592

    09.4593

    09.4594

    09.4595

    3,495052  %

    09.4596

    100  %

    “—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

    I.F

    Prodotti li joriġinaw mill-Isvizzera

    Numru tal-kwota tariffarja

    Koeffiċjent tal-allokazzjoni

    09.4155

    100  %

    I.H

    Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

    Numru tal-kwota tariffarja

    Koeffiċjent tal-allokazzjoni

    09.4179

    100  %

    I.I

    Prodotti li joriġinaw mill-Islanda

    Numru tal-kwota tariffarja

    Koeffiċjent tal-allokazzjoni

    09.4205

    100  %

    09.4206

    100  %

    I.J

    Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

    Numru tal-kwota tariffarja

    Koeffiċjent tal-allokazzjoni

    09.4210

    “—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

    I.K

    Prodotti li joriġinaw min-New Zealand

    Numru tal-kwota tariffarja

    Koeffiċjent tal-allokazzjoni

    09.4514

    100  %

    09.4515

    100  %


    Top